+Artikolu 16 Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, il-Kummissjoni, il-Europol, il-Eurojust u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew
---+Artikolu 16 1
---+Artikolu 16 2
---+Artikolu 16 3
---+Artikolu 16 4
|
Artikolu 16 Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, il-Kummissjoni, il-Europol, il-Eurojust u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16 1
|
1. Meta jkun hemm suspett li r-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 u 4 jkunu ta’ natura transfruntiera, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkunsidraw li jirreferu l-informazzjoni relatata ma’ dawk ir-reati kriminali lill-korpi kompetenti xierqa.
Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-kooperazzjoni transfruntiera u l-assistenza legali reċiproka f’materji kriminali, l-Istati Membri, il-Europol, il-Eurojust, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-Kummissjoni għandhom, fil-kompetenzi rispettivi tagħhom, jikkooperaw flimkien fil-ġlieda kontra r-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 u 4. Għal dak il-għan, il-Europol u l-Eurojust għandhom, meta jkun xieraq, jipprovdu l-assistenza teknika u operazzjonali meħtieġa mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex jiffaċilitaw il-koordinazzjoni tal-investigazzjonijiet tagħhom.
|
|
Artikolu 16 2
|
2. Il-Kummissjoni tista’, meta meħtieġ, tistabbilixxi network ta’ esperti u prattikanti biex jikkondividu l-aħjar prattiki u, fejn xieraq, jipprovdu assistenza lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sabiex tiffaċilita l-investigazzjoni ta’ reati relatati mal-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni. Dak in-network, meta xieraq, jista’ jipprovdi wkoll immappjar pubblikament disponibbli u aġġornat regolarment tar-riskji ta’ ksur jew ċirkomvenzjoni tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni f’żoni ġeografiċi speċifiċi, u fir-rigward ta’ setturi u attivitajiet speċifiċi.
|
|
Artikolu 16 3
|
3. Fejn il-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tinvolvi kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi, dik il-kooperazzjoni għandha sseħħ b’rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali u l-liġi internazzjonali.
|
|
Artikolu 16 4
|
4. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkondividu fuq bażi regolari u frekwenti informazzjoni dwar kwistjonijiet prattiċi, b’mod partikolari, mudelli ta’ ċirkomvenzjoni, bħal strutturi biex jaħbu s-sjieda benefiċjarja u l-kontroll tal-assi, mal-Kummissjoni u ma’ awtoritajiet kompetenti oħrajn.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 29.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1226
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|