|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“Entitajiet ta' interess pubbliku” tfisser impriżi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 1 li huma
(a)
irregolati mil-liġi ta' Stat Membru u li t-titoli trasferibbli tagħhom huma ammessi għan-negozju f'suq irregolat ta' kwalunkwe Stat Membru skont it-tifsira tal-punt (14) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-suq fi strumenti finanzjarji ( 5 );
(b)
istituzzjonijiet ta' kreditu kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta' kreditu ( 6 ) minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 2 ta' dik id-Direttiva;
(c)
impriżi tal-assigurazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE tad-19 ta' Diċembru 1991 dwar il-kontijiet annwali tal-impriżi tal-assigurazzjoni ( 7 ); jew
(d)
innominati mill-Istati Membri bħala entitajiet ta' interess pubbliku, bħal pereżempju impriżi li jkunu ta' relevanza pubblika sinifikattiva minħabba n-natura tan-negozju tagħhom, id-daqs tagħhom jew in-numru ta' impjegati tagħhom;
(2)
“interess ta' parteċipazzjoni” tfisser id-drittijiet fil-kapital ta’ impriżi oħra, rappreżentati jew le permezz ta’ ċertifikati, li, bil-ħolqien ta' rabta durabbli ma’ dawk l-impriżi, ikunu maħsuba sabiex jikkontribwixxu għall-attivitajiet tal-impriża li jkollha dawk id-drittijiet. Is-sehem f'parti mill-kapital ta’ impriża oħra hija kkunsidrata li tikkostitwixxi interess ta' parteċipazzjoni, meta din taqbeż limitu ta' perċentwali stabbilit mill-Istati Membri li huwa anqas jew ekwivalenti għal 20 %;
(3)
“parti relatata” għandha l-istess tifsira bħal dik fl-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabbiltà ( 8 );
(4)
“assi fissi” tfisser dawk l-assi li huma maħsuba biex jintużaw fuq bażi kontinwa għall-attivitajiet tal-impriża;
(5)
“fatturat nett” tfisser l-ammonti derivati mill-bejgħ ta’ prodotti u l-forniment ta’ servizzi wara li jitnaqqsu l-iskonti fuq il-bejgħ u t-taxxa fuq il-valur miżjud u taxxi oħra direttament marbuta mal-fatturat; madankollu, għall-impriżi tal-assigurazzjoni imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(3) ta’ din id-Direttiva, “fatturat nett” għandu jiġi definit skont l-Artikolu 35 u l-punt 2 tal-Artikolu 66 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE ( 9 ) għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(3) ta’ din id-Direttiva, “fatturat nett” għandu jiġi definit skont l-Artikolu 43(2)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE ( 10 ); u għall-impriżi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 40a(1) ta’ din id-Direttiva, “fatturat nett” tfisser id-dħul kif definit minn jew skont it-tifsira tal-qafas tar-rapportar finanzjarju li abbażi tiegħu jitħejjew ir-rapporti finanzjarji tal-impriża;
(6)
“prezz tax-xiri” tfisser il-prezz pagabbli u kwalunkwe spiża inċidentali nieqes kwalunkwe tnaqqis inċidentali fl-ispiża tal-akkwist;
(7)
“Spiża tal-produzzjoni” tfisser il-prezz tax-xiri ta’ materja prima, konsumabbli u spejjeż oħra attribwibbli direttament għall-oġġett inkwistjoni. L-Istati Membri għandhom jippermettu jew jesiġu l-inklużjoni ta' proporzjon raġonevoli ta' spejjeż tal-operat fissi jew varjabbli attribwibbli indirettament għall-oġġett inkwistjoni sal-punt li jirrigwardaw il-perijodu ta' produzzjoni. L-ispejjeż ta' distribuzzjoni ma għandhomx jiġu inklużi;
(8)
“aġġustament fil-valur” tfisser l-aġġustamenti maħsuba sabiex jieħdu kont tal-bidliet fil-valur ta’ assi individwali stabbiliti fid-data tal-karta tal-bilanċ, sew jekk il-bidla tkun finali kif ukoll jekk le;
(9)
“ ►C1 impriża omm ◄ ” tfisser impriża li tikkontrolla jew li finalment tikkontrolla impriża sussidjarja waħda jew aktar;
(10)
(11)
“grupp” tfisser ►C1 impriża omm ◄ u l-impriżi sussidjarji tagħha kollha;
(12)
“impriżi affiljati” tfisser kwalunkwe żewġ impriżi jew aktar fi grupp;
(13)
“impriża assoċjata” tfisser impriża li fiha impriża oħra jkollha interess ta' parteċipazzjoni, u li l-impriża l-oħra teżerċita influwenza sinifikanti fuq il-politiki operattivi u finanzjarji tagħha. Impriża titqies li teżerċita influwenza sinifikanti fuq impriża oħra meta jkollha 20 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri f’dik l-impriża l-oħra;
(14)
“impriżi ta' investiment” tfisser:
(a)
impriżi li l-għan uniku tagħhom huwa li jinvestu l-fondi tagħhom f'titoli diversi, proprjetà immobbli u assi oħra, bl-uniku għan li jifirxu r-riskji ta' investiment u li jagħtu lill-azzjonisti tagħhom il-benefiċċju tar-riżultati tal-amministrazzjoni tal-assi tagħhom,
(b)
impriżi assoċjati ma' impriżi ta' investiment b'kapital fiss, jekk l-uniku għan ta' dawk l-impriżi assoċjati huwa li jakkwistaw kapital sottoskritt maħruġ minn dawk l-impriżi ta' investiment mingħajr preġudizzju għall-punt (h) tal-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2012/30/UE;
(15)
“impriżi holding finanzjarji” tfisser impriżi li l-uniku għan tagħhom hu li jakkwistaw holdings f'impriżi oħrajn u li jamministraw dawn il-holdings u jagħmlu qligħ minnhom, mingħajr ma jinvolvu lilhom infushom direttament jew indirettament fl-amministrazzjoni ta' dawk l-impriżi, mingħajr preġudizzju għal-liġiijiet tal-azzjonisti;
(16)
“materjali” tfisser l-istatus tal-informazzjoni li l-ommissjoni jew id-dikjarazzjoni ħażina tagħha tista' b'mod raġonevoli tkun mistennija tinfluenza d-deċiżjonijiet li jagħmlu l-utenti abbażi tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-impriża. Il-materjalità tal-entrati individwali għandha tiġi vvalutata fil-kuntest ta' entrati simili oħrajn;
(17)
“kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà” tfisser fatturi ambjentali, soċjali u tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi fatturi ta’ sostenibbiltà ddefiniti fil-punt 24 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/2088;
(18)
“rapportar dwar is-sostenibbiltà’” tfisser ir-rapportar ta’ informazzjoni marbuta ma’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà f’konformità mal-Artikoli 19a, 29a u 29d;
(19)
“riżorsi intanġibbli ewlenin” tfisser riżorsi mingħajr sustanza fiżika li fuqhom jiddependi b’mod fundamentali l-mudell tan-negozju tal-impriża u li huma sors ta’ ħolqien ta’ valur għall-impriża;
(20)
“fornitur indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament” tfisser korp ta’ valutazzjoni tal-konformità akkreditat f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 )għall-attività speċifika ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 34(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (aa) ta’ din id-Direttiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|