+Artikolu 6 Prinċipji ġenerali għar-rappurtar finanzjarju
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.
|
Artikolu 6 Prinċipji ġenerali għar-rappurtar finanzjarju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1.
|
L-entrati ppreżentati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali u kkonsolidati għandhom jiġu rikonoxxuti u kkalkolati skont il-prinċipji ġenerali li ġejjin:
(a)
l-impriża għandha titqies li qiegħda tmexxi n-negozju tagħha bħala wieħed avvjat;
(b)
il-politiki kontabilistiċi u l-bażijiet ta’ kalkolu għandhom jiġu applikati b’mod konsistenti minn sena finanzjarja għall-oħra;
(c)
ir-rikonoxximent u l-kalkolu għandhom isiru b'mod prudenti, u partikolarment:
(i)
jista' jiġi rikonoxxut biss il-qligħ li jkun sar fid-data tal-karta tal-bilanċ,
(ii)
l-passivi kollha li jinħolqu matul is-sena finanzjarja konċernata jew matul sena finanzjarja preċedenti għandhom jiġu rikonoxxuti, anki jekk dawn il-passivi jsiru magħrufin biss bejn id-data tal-karta tal-bilanċ u d-data li fiha titħejja l-karta tal-bilanċ, u
(iii)
kull aġġustament nagattiv ta' valur għandu jiġi rikonoxxut, sew jekk ir-riżultat tas-sena finanzjarja jkun ta’ qligħ u sew jekk ikun ta’ telf;
(d)
l-ammonti rikonoxxuti fil-karta tal-bilanċ u fil-kont tal-qligħ u t-telf għandhom jiġu kkomputati fuq bażi tad-dovuti;
(e)
il-karta tal-bilanċ tal-ftuħ għal kull sena finanzjarja għandha tikkorrispondi mal-karta tal-bilanċ tal-għeluq għas-sena finanzjarja preċedenti;
(f)
il-komponenti tal-entrati tal-assi u l-passivi għandhom jiġu valwati separatament;
(g)
kull tpaċija bejn entrati ta’ assi u ta’ passivi, jew bejn entrati ta’ introjtu u nefqa, għandha tiġi pprojbita;
(h)
l-entrati fil-kont tal-qligħ u t-telf u fil-karta tal-bilanċ għandhom jiġu kkontabilizzati u ppreżentati b'kont meħud tas-sustanza tat-transazzjoni jew tal-arranġament konċernat;
(i)
l-entrati rikonoxxuti fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandhom jiġu kkalkolati skont il-prinċipju tal-prezz tax-xiri jew tal-ispiża tal-produzzjoni; u
(j)
m'hemmx l-obbligu li r-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva fir-rigward tar-rikonoxximent, il-kalkolu, il-preżentazzjoni, l-iżvelar u l-konsolidament jiġu rispettati meta l-effett tal-konformità magħhom tkun immaterjali.
|
|
Artikolu 6 2.
|
Minkejja l-punt (g) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu, f'każijiet speċifiċi, jippermettu jew jesiġu li l-impriżi jwettqu tpaċija bejn l-entrati tal-assi u tal-passivi, jew bejn l-entrati tal-introjtu u tan-nefqa dment li l-ammonti li jkunu paċuti jiġu speċifikati bħala ammonti grossi fin-noti għad-dikjarazzjoni finanzjarja.
|
|
Artikolu 6 3.
|
L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impriżi mir-rekwiżiti tal-punt (h) tal-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 6 4.
|
L-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-kamp ta' applikazzjoni tal-punt (j) tal-paragrafu 1 għall-preżentazzjoni u l-iżvelar.
|
|
Artikolu 6 5.
|
Minbarra dawk l-ammonti rikonoxxuti skont il-punt (c)(ii) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu r-rikonoxximent tal-passivi prevedibbli u t-telf potenzjali kollu li jirriżultaw matul is-sena finanzjarja konċernata jew matul sena finanzjarja preċedenti, anki jekk dawn il-passivi jew telf isiru magħrufin biss bejn id-data tal-karta tal-bilanċ u d-data li fiha titħejja l-karta tal-bilanċ.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|