|
+Artikolu 6 1. |
Artikolu 6 1.L-entrati ppreżentati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali u kkonsolidati għandhom jiġu rikonoxxuti u kkalkolati skont il-prinċipji ġenerali li ġejjin:
(a)
l-impriża għandha titqies li qiegħda tmexxi n-negozju tagħha bħala wieħed avvjat;
(b)
il-politiki kontabilistiċi u l-bażijiet ta’ kalkolu għandhom jiġu applikati b’mod konsistenti minn sena finanzjarja għall-oħra;
(c)
ir-rikonoxximent u l-kalkolu għandhom isiru b'mod prudenti, u partikolarment:
(i)
jista' jiġi rikonoxxut biss il-qligħ li jkun sar fid-data tal-karta tal-bilanċ,
(ii)
l-passivi kollha li jinħolqu matul is-sena finanzjarja konċernata jew matul sena finanzjarja preċedenti għandhom jiġu rikonoxxuti, anki jekk dawn il-passivi jsiru magħrufin biss bejn id-data tal-karta tal-bilanċ u d-data li fiha titħejja l-karta tal-bilanċ, u
(iii)
kull aġġustament nagattiv ta' valur għandu jiġi rikonoxxut, sew jekk ir-riżultat tas-sena finanzjarja jkun ta’ qligħ u sew jekk ikun ta’ telf;
(d)
l-ammonti rikonoxxuti fil-karta tal-bilanċ u fil-kont tal-qligħ u t-telf għandhom jiġu kkomputati fuq bażi tad-dovuti;
(e)
il-karta tal-bilanċ tal-ftuħ għal kull sena finanzjarja għandha tikkorrispondi mal-karta tal-bilanċ tal-għeluq għas-sena finanzjarja preċedenti;
(f)
il-komponenti tal-entrati tal-assi u l-passivi għandhom jiġu valwati separatament;
(g)
kull tpaċija bejn entrati ta’ assi u ta’ passivi, jew bejn entrati ta’ introjtu u nefqa, għandha tiġi pprojbita;
(h)
l-entrati fil-kont tal-qligħ u t-telf u fil-karta tal-bilanċ għandhom jiġu kkontabilizzati u ppreżentati b'kont meħud tas-sustanza tat-transazzjoni jew tal-arranġament konċernat;
(i)
l-entrati rikonoxxuti fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandhom jiġu kkalkolati skont il-prinċipju tal-prezz tax-xiri jew tal-ispiża tal-produzzjoni; u
(j)
m'hemmx l-obbligu li r-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva fir-rigward tar-rikonoxximent, il-kalkolu, il-preżentazzjoni, l-iżvelar u l-konsolidament jiġu rispettati meta l-effett tal-konformità magħhom tkun immaterjali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|