+Artikolu 16 Kontenut tan-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji li jirrigwardaw l-impriżi kollha
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.

Artikolu 16 Kontenut tan-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji li jirrigwardaw l-impriżi kollha

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1.

Fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji l-impriżi kollha, flimkien mal-informazzjoni meħtieġa taħt dispożizzjonijiet oħra ta’ din id-Direttiva, għandhom jiżvelaw l-informazzjoni fir-rigward tal-kwistjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-politiki tal-kontabbiltà adottati;

(b) 

fejn l-assi fissi jiġu kkalkolati skont l-ammonti rivalutati, tabella li turi:

(i) 

il-movimenti fir-riżerva tar-rivalutazzjoni fis-sena finanzjarja, bi spjegazzjoni tat-trattament fiskali tal-entrati fiha, u

(ii) 

l-ammont miżmum fil-karta tal-bilanċ li kien jiġi rikonoxxut kieku l-assi fissi ma kinux rivalutati;

(c) 

fejn l-istrumenti finanzjarji u/jew l-assi għajr għal strumenti finanzjarji jiġu kkalkolati skont valur ġust:

(i) 

is-suppożizzjonijiet sinifikanti sottostanti l-mudelli u t-tekniki ta' valutazzjoni fejn il-valuri ġusti jkunu ġew determinati skont il-punt (b) tal-Artikolu 8(7),

(ii) 

għal kull kategorija ta’ strumenti finanzjarji jew assi għajr għal strumenti finanzjarji, il-valur ġust, it-tibdil fil-valur direttament inkluż fil-kont tal-qligħ u t-telf kif ukoll it-tibdil inkluż fir-riżervi tal-valur ġust,

(iii) 

għal kull klassi ta' strument finanzjarju derivat, informazzjoni dwar il-firxa u n-natura tal-istrumenti, inklużi termini u kundizzjonijiet sinifikanti li jistgħu jaffettwaw l-ammont, iż-żmien u ċ-ċertezza tal-flussi finanzjarji futuri, u

(iv) 

tabella li turi l-movimenti fir-riżervi tal-valur ġust matul is-sena finanzjarja;

(d) 

l-ammont totali ta’ kwalunkwe impenn finanzjarju, garanzija jew kontinġenza li ma jkunux inklużi fil-karta tal-bilanċ, u indikazzjoni tan-natura u l-forma ta’ kwalunkwe garanzija ta’ valur li ġiet ipprovduta; kwalunkwe impenn li jirrigwarda pensjonijiet u impriżi affiljati jew assoċjati għandu jiġi dżvelat separatament;

(e) 

l-ammont ta’ antiċipazzjonijietelf u krediti mogħtija lill-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji, b’indikazzjonijiet tar-rati tal-imgħax, il-kundizzjonijiet ewlenin u kull ammont ripagat jew imħassar jew irrinunzjat, kif ukoll impenji li saru għan-nom tagħhom permezz ta’ garanziji ta’ kwalunkwe tip, b’indikazzjoni tat-total għal kull kategorija;

(f) 

l-ammont u n-natura ta’ elementi individwali ta’ introjtu jew infiq li huma ta’ daqs jew inċidenza eċċezzjonali;

(g) 

l-ammonti dovuti mill-impriża li jkunu dovuti u jkunu pagabbli wara aktar minn ħames snin kif ukoll id-djun kollha tal-impriża koperti minn garanzija ta’ valur mogħtija mill-impriża, b’indikazzjoni tan-natura u l-forma tal-garanzija; u

(h) 

in-numru medju ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja.

Artikolu 16 2.
L-Istati Membri jistgħu jesiġu mutatis mutandis li impriżi żgħar għandhom jiżvelaw l-informazzjoni kif rikjest fil-punti (a), (m), (p), (q) u (r) tal-Artikolu 17(1).

Għall-għanijiet tal-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu, l-informazzjoni rikjesta fil-punt (p) tal-Artikolu 17(1) għandha tkun limitata għan-natura u l-iskop kummerċjali tal-arranġamenti msemmija f'dak il-punt.

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu, l-iżvelar tal-informazzjoni rikjesta fil-punt (r) tal-Artikolu 17(1) għandha tkun limitata għat-transazzjonijiet li saru mill-partijiet elenkati fir-raba' subparagrafu ta' dak il-punt.

Artikolu 16 3.
L-Istati Membri ma għandhomx jesiġu divulgazzjoni għall-impriżi żgħar lil hinn minn dak li hu rikjest jew permess minn dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.