|
+Artikolu 16 1. |
Artikolu 16 1.Fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji l-impriżi kollha, flimkien mal-informazzjoni meħtieġa taħt dispożizzjonijiet oħra ta’ din id-Direttiva, għandhom jiżvelaw l-informazzjoni fir-rigward tal-kwistjonijiet li ġejjin:
(a)
il-politiki tal-kontabbiltà adottati;
(b)
fejn l-assi fissi jiġu kkalkolati skont l-ammonti rivalutati, tabella li turi:
(i)
il-movimenti fir-riżerva tar-rivalutazzjoni fis-sena finanzjarja, bi spjegazzjoni tat-trattament fiskali tal-entrati fiha, u
(ii)
l-ammont miżmum fil-karta tal-bilanċ li kien jiġi rikonoxxut kieku l-assi fissi ma kinux rivalutati;
(c)
fejn l-istrumenti finanzjarji u/jew l-assi għajr għal strumenti finanzjarji jiġu kkalkolati skont valur ġust:
(i)
is-suppożizzjonijiet sinifikanti sottostanti l-mudelli u t-tekniki ta' valutazzjoni fejn il-valuri ġusti jkunu ġew determinati skont il-punt (b) tal-Artikolu 8(7),
(ii)
għal kull kategorija ta’ strumenti finanzjarji jew assi għajr għal strumenti finanzjarji, il-valur ġust, it-tibdil fil-valur direttament inkluż fil-kont tal-qligħ u t-telf kif ukoll it-tibdil inkluż fir-riżervi tal-valur ġust,
(iii)
għal kull klassi ta' strument finanzjarju derivat, informazzjoni dwar il-firxa u n-natura tal-istrumenti, inklużi termini u kundizzjonijiet sinifikanti li jistgħu jaffettwaw l-ammont, iż-żmien u ċ-ċertezza tal-flussi finanzjarji futuri, u
(iv)
tabella li turi l-movimenti fir-riżervi tal-valur ġust matul is-sena finanzjarja;
(d)
l-ammont totali ta’ kwalunkwe impenn finanzjarju, garanzija jew kontinġenza li ma jkunux inklużi fil-karta tal-bilanċ, u indikazzjoni tan-natura u l-forma ta’ kwalunkwe garanzija ta’ valur li ġiet ipprovduta; kwalunkwe impenn li jirrigwarda pensjonijiet u impriżi affiljati jew assoċjati għandu jiġi dżvelat separatament;
(e)
l-ammont ta’ antiċipazzjonijietelf u krediti mogħtija lill-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji, b’indikazzjonijiet tar-rati tal-imgħax, il-kundizzjonijiet ewlenin u kull ammont ripagat jew imħassar jew irrinunzjat, kif ukoll impenji li saru għan-nom tagħhom permezz ta’ garanziji ta’ kwalunkwe tip, b’indikazzjoni tat-total għal kull kategorija;
(f)
l-ammont u n-natura ta’ elementi individwali ta’ introjtu jew infiq li huma ta’ daqs jew inċidenza eċċezzjonali;
(g)
l-ammonti dovuti mill-impriża li jkunu dovuti u jkunu pagabbli wara aktar minn ħames snin kif ukoll id-djun kollha tal-impriża koperti minn garanzija ta’ valur mogħtija mill-impriża, b’indikazzjoni tan-natura u l-forma tal-garanzija; u
(h)
in-numru medju ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|