+Artikolu 19a 9.

Artikolu 19a 9.

Dment li l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jkunu ssodisfati, impriża li tkun impriża sussidjarja għandha tiġi eżentata mill-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu (“l-impriża sussidjarja eżentata”) meta tali impriża u l-impriżi sussidjarji tagħha jkunu inklużi fir-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat ta’ impriża prinċipali oħra, imfassal f’konformità mal-Artikoli 29 u 29a. Impriża li tkun impriża sussidjarja ta’ impriża prinċipali li tkun stabbilita f’pajjiż terz għandha tkun eżentata wkoll mill-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu meta tali impriża u l-impriżi sussidjarji tagħha jkunu inklużi fir- rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà ta’ dik l-impriża prinċipali li hija stabbilita f’pajjiż terz u fejn dak ir-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà jitwettaq f’konformità mal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà adottati skont l-Artikoli 29b jew b’mod ekwivalenti għal dak dawk l-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, kif determinati f’konformità ma’ att ta’ implimentazzjoni dwar l-ekwivalenza tal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà adottata skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 ).

L-eżenzjoni fl-ewwel subparagrafu għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

ir-rapport ta’ ġestjoni tal-impriża sussidjarja eżentata jkun fih l-informazzjoni kollha li ġejja:

(i) 

l-isem u l-uffiċċju reġistrat tal-impriża prinċipali li tirrapporta informazzjoni fil-livell ta’ grupp f’konformità ma’ dan l-Artikolu jew b’mod ekwivalenti għall-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà adottati skont l-Artikolu 29b ta’ din id-Direttiva, kif determinati f’konformità ma’ att ta’ implimentazzjoni dwar l-ekwivalenza tal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà adottata skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2004/109/KE;

(ii) 

il-links elettroniċi għar-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat tal-impriża prinċipali, jew, fejn applikabbli, għar- rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà tal-impriża prinċipali kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, u għall-opinjoni ta’ aċċertament imsemmija fil-punt (aa) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) ta’ din id-Direttiva jew għall-opinjoni ta’ aċċertament imsemmija fil-punt (b) ta’ dan is-subparagrafu;

(iii) 

l-informazzjoni dwar il-fatt li l-impriża tkun eżentata mill-obbligi stipulati fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu;

(b) 

jekk l-impriża prinċipali tkun stabbilita f’pajjiż terz, ir-rapportar konsolidat tagħha dwar is-sostenibbiltà u l-opinjoni ta’ aċċertament dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà kkonsolidat espressi minn persuna jew ditta waħda jew aktar awtorizzati li jagħtu opinjoni dwar l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà skont il-liġi li tirregola dik l-impriża prinċipali, jiġu ppubblikati f’konformità mal-Artikolu 30 ta’ din id-Direttiva, u f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru li minnha tkun irregolata l-impriża sussidjarja eżentata;

(c) 

jekk l-impriża prinċipali tkun stabbilita f’pajjiż terz, id-divulgazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 16 ) li jkopru l-attivitajiet imwettqa mill-impriża sussidjarja eżentata stabbilita fl-Unjoni u l-impriżi sussidjarji tagħha, jiġu inklużi fir-rapport ta’ ġestjoni tal-impriża sussidjarja eżentata, jew fir-rapportar ikkonsolidat dwar is-sostenibbiltà li jitwettaq mill-impriża prinċipali stabbilita f’pajjiż terz.

L-Istat Membru li mil-liġi nazzjonali tiegħu tkun irregolata l-impriża sussidjarja eżentata, jista’ jeżiġi li r-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat jew, fejn applikabbli, ir-rapport konsolidat dwar is-sostenibbiltà, tal-impriża prinċipali jiġi ppubblikat b’lingwa li l-Istat Membru jaċċetta, u li tiġi pprovduta kwalunkwe traduzzjoni meħtieġa b’tali lingwa. Kwalunkwe traduzzjoni li ma tkunx ġiet iċċertifikata għandha tinkludi dikjarazzjoni li tispjega dak il-fatt.

L-impriżi li huma eżentati milli jħejju rapport ta’ ġestjoni f’konformità mal-Artikolu 37 ma għandhomx l-obbligu li jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-punti (a)(i) sa (iii) tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu dment li tali impriżi jippubblikaw ir-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat f’konformità mal-Artikolu 37.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, u fejn japplika l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(3) ta’din id-Direttiva li huma affiljati b’mod permanenti ma’ korp ċentrali li jissorveljahom skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jiġu ttrattati bħala impriżi sussidjarji ta’ dak il-korp ċentrali.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-impriżi tal-assigurazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(3) ta’ din id-Direttiva li huma parti minn grupp, abbażi ta’ relazzjonijiet finanzjarji kif imsemmi fil-punt (c) (ii) tal-Artikolu 212(1) tad-Direttiva 2009/138/KE, li huma soġġetti għas-superviżjoni tal-grupp skont il-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 213(2) ta’ dik id-Direttiva għandhom jiġu ttrattati bħala impriżi sussidjarji tal-impriża prinċipali ta’ dak il-grupp.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.