+Artikolu 24 3.

Artikolu 24 3.

Il-valuri skont il-kotba tal-ishma fil-kapital ta’ impriżi inklużi f’konsolidament għandhom jiġu bbilanċjati mal-proporzjon li jirrappreżentaw tal-kapital u r-riżervi ta’ dawk l-impriżi skont dan li ġej:

(a) 

ħlief fil-każ ta' ishma fil-kapital tal- ►C1  impriża omm ◄ miżmumin jew minn dik l-impriża stess jew minn impriża oħra inkluża fil-konsolidament, li għandhom jiġu ttrattati bħala ishma proprji skont il-Kapitolu 3, dak l-ibbilaċjar għandu jsir abbażi tal-valuri skont il-kotba kif jidhru fid-data li fiha dawk l-impriżi jiġu inklużi fil-konsolidament għall-ewwel darba. Id-differenzi li jirriżultaw minn dak l-ibbilaċjar għandhom, sa fejn possibbli, jiddaħħlu direttament kontra dawk l-entrati fil-karta tal-bilanċ ikkonsolidata li jkollhom valuri ogħla jew taħt il-valuri tagħhom skont il-kotba;

(b) 

Stat Membru jista’ jippermetti jew jesiġi l-ibbilanċjar abbażi tal-valuri ta’ assi u passivi identifikabbli fid-data tal-akkwist tal-ishma jew, fil-każ ta’ akkwist f’żewġ stadji jew aktar, fid-data li fiha l-impriża tkun saret sussidjarja;

(c) 

kwalunkwe differenza li tibqa’ wara l-applikazzjoni tal-punt (a) jew li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-punt (b) tintwera bħala avvjament fil-karta tal-bilanċ ikkonsolidata;

(d) 

il-metodi użati biex jiġi kkalkulat il-valur tal-avvjament u kull varjazzjoni importanti fil-valur fir-rigward tas-sena finanzjarja preċedenti għandhom jiġu spjegati fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

(e) 

meta l-ibbilanċjar bejn avvjament pożittiv u negattiv ikun awtorizzat minn Stat Membru, in-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandu jkun fihom analiżi tal-avvjament;

(f) 

avvjament negattiv jista’ jiġi trasferit għar-rapport tal-qligħ u t-telf ikkonsolidat meta tali trattament ikun skont il-prinċipji stabbiliti fil-Kapitolu 2.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.