|
+Artikolu 28 2. |
Artikolu 28 2.In-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati għandhom, minbarra l-informazzjoni riskjesta taħt il-paragrafu 1, jagħtu l-informazzjoni li ġejja:
(a)
fir-rigward ta' impriżi li huma inklużi fil-konsolidament:
(i)
l-ismijiet u l-uffiċċji reġistrati ta' dawk l-impriżi,
(ii)
il-proporzjon tal-kapital miżmum f'dawk l-impriżi, għajr l- ►C1 impriża omm ◄ , mill-impriżi li huma inklużi fil-konsolidament jew minn persuni li jaġixxu f'isimhom stess iżda għan-nom ta' dawk l-impriżi, u
(iii)
informazzjoni dwar liema mill-kondizzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 22(1), (2) u (7) wara l-applikazzjoni tal-Artikolu 22(2), (4) u (5), tkun ifformat il-bażi li fuqha jkun sar il-konsolidament. Madankollu, dik l-iżvelar tista’ titħalla barra meta l-konsolidament jkun sar fuq il-bażi tal- punt (a) tal-Artikolu 22(1) u meta l-proporzjon tal-kapital u l-proporzjon tad-drittijiet tal-vot miżmuma jkunu l-istess. L-istess informazzjoni għandha tingħata fir-rigward ta’ impriżi esklużi minn konsolidament għar-raġunijiet ta' nuqqas ta' materjalità skont il- punt (j) tal-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 23(10) u għandha tingħata spjegazzjoni għall-esklużjoni tal-impriżi msemmijin fl-Artikolu 23(9);
(b)
l-ismijiet u l-uffiċċji reġistrati ta’ impriżi assoċjati inklużi fil-konsolidament kif deskritt fl-Artikolu 27(1) u l-proporzjon tal-kapital tagħhom miżmum mill-impriżi inklużi fil-konsolidament jew minn persuni li jaġixxu f’isimhom stess imma għan-nom ta’ dawk l-impriżi;
(c)
l-ismijiet u l-uffiċċji reġistrati ta’ impriżi kkonsolidati b'mod proporzjonali skont l-Artikolu 26, il-fatturi li fuqhom tkun ibbażata l-ġestjoni konġunta ta' dawk l-impriżi, u l-proporzjon tal-kapital tagħhom miżmum mill-impriżi inklużi fil-konsolidament jew minn persuni li jaġixxu f’isimhom stess imma għan-nom ta’ dawk l-impriżi; u
(d)
fir-rigward ta' kull waħda mill-impriżi, għajr dawk imsemmijin fil-punti (a), (b) u (c), li fihom l-impriżi inklużi fil-konsolidament, jew huma nfushom jew permezz ta’ persuni li jaġixxu f’isimhom stess imma għan-nom ta’ dawk l-impriżi, ikollhom interess ta' parteċipazzjoni:
(i)
l-isem u l-uffiċċju reġistrat ta' dawk l-impriżi,
(ii)
il-proporzjon tal-kapital miżmum,
(iii)
l-ammont tal-kapital u r-riżervi, u l-qligħ jew it-telf għall-aħħar sena finanzjarja tal-impriża kkonċernata li għaliha jkunu ġew adottati dikjarazzjonijiet finanzjarji. L-informazzjoni dwar il-kapital u r-riżervi u l-qligħ jew it-telf tista’ wkoll titħalla barra meta l-impriża kkonċernata ma tippubblikax il-karta tal-bilanċ tagħha. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|