+Artikolu 29ca Standards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għall-użu volontarju
---+Artikolu 29ca 1.
---+Artikolu 29ca 2.
---+Artikolu 29ca 3.
---+Artikolu 29ca 4.

Artikolu 29ca Standards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għall-użu volontarju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 29ca 1.
Sabiex jiġi ffaċilitat ir-rapportar volontarju ta’ informazzjoni dwar is-sostenibbiltà minn impriżi li, fid-data tal-karta tal-bilanċ tagħhom, ma jaqbżux għadd ta’ 1 000 impjegat matul is-sena finanzjarja preċedenti, u biex tiġi limitata l-informazzjoni li tista’ tkun meħtieġa għall-finijiet tad-Direttiva minn tali impriżi fl-katina tal-valur, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tistabbilixxi, permezz ta' atti delegati f'konformità mal-Artikolu 49, standards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għall-użu volontarju sad-19 ta’ Lulju 2026.
Artikolu 29ca 2.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għall-użu volontarju msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu bbażati fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1710 ( 26 ), fil-verżjoni oriġinali tagħha. Huma għandhom ukoll ikunu proporzjonati u rilevanti għall-kapaċitajiet u l-karatteristiċi tal-impriżi li għalihom huma mfassla u għall-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom. L-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għall-użu volontarju għandhom ukoll, sa fejn ikun possibbli, jispeċifikaw l-istruttura li trid tintuża biex tiġi ppreżentata tali informazzjoni dwar is-sostenibbiltà.
Artikolu 29ca 3.
Il-Kummissjoni għandha, mill-inqas kull erba’ snin wara d-data tal-applikazzjoni tagħhom, tirrieżamina l-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għall-użu volontarju msemmija fil-paragrafu 1 u, fejn meħtieġ, għandha temendahom biex jitqiesu l-iżviluppi rilevanti għar-rapportar dwar is-sostenibbiltà.
Artikolu 29ca 4.
Meta tirrieżamina l-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għall-użu volontarju skont il-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tqis il-parir tekniku tal-EFRAG.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.