+Artikolu 33a Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
---+Artikolu 33a 1.
---+Artikolu 33a 2.
---+Artikolu 33a 3.
---+Artikolu 33a 4.
---+Artikolu 33a 5.
---+Artikolu 33a 6.

Artikolu 33a Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 33a 1.
Mill-10 ta’ Jannar 2028, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jippubblikaw ir-rapport ta’ ġestjoni, ir-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat, inkluż għaż-żewġ rapporti l-informazzjoni meħtieġa fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/852, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati, ir-rapport tal-awditjar, ir-rapport ta’ aċċertament, ir-rapporti dwar is-sostenibbiltàli jikkonċernaw impriżi ta’ pajjiżi terzi u l-opinjoni ta’ aċċertament relatata, id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 40a(2), ir-raba’ subparagrafu, ta’ din id-Direttiva, ir-rapport dwar il-pagamenti lill-gvernijiet, u r-rapport ikkonsolidat dwar il-pagamenti lill-gvernijiet imsemmi fl-Artikolu 30, l-Artikolu 40d u l-Artikolu 45 ta’ din id-Direttiva, l-impriżi msemmija fl-Artikoli 19a, 29a u 40a ta’ din id-Direttiva jissottomettu dawk id-dikjarazzjonijiet u r-rapporti fl-istess ħin lill-korp tal-ġbir imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li jsiru aċċessibbli fil-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 29 ).

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, fejn meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), ta’ dak ir-Regolament;

(b) 

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i) 

l-ismijiet kollha tal-impriża li magħha hija relatata l-informazzjoni u, meta l-impriża li tirrapporta hija impriża sussidjarja eżentata kif imsemmi fl-Artikolu 29a(4), it-tieni subparagrafu, l-isem tal-impriża omm li tirrapporta l-informazzjoni fil-livell tal-grupp;

(ii) 

l-identifikatur tal-entità ġuridika tal-impriża u, meta l-impriża li tirrapporta tkun impriża sussidjarja eżentata kif imsemmi fl-Artikolu 29a(4), it-tieni subparagrafu, fejn disponibbli, l-identifikatur tal-entità ġuridika tal-impriża prinċipali li tirrapporta informazzjoni fil-livell tal-grupp, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii) 

id-daqs tal-impriża skont il-kategorija, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament;

(iv) 

is-settur(i) industrijali tal-attivitajiet ekonomiċi tal-impriża, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (e), ta’ dak ir-Regolament;

(v) 

it-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(vi) 

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.

Artikolu 33a 2.
Meta impriża tkun issottomettiet l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu lil Mekkaniżmu Maħtur Uffiċjalment skont l-Artikolu 23a tad-Direttiva 2004/109/KE sabiex dik l-informazzjoni ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, dik l-impriża għandha titqies li ssodisfat l-obbligi tagħha skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, dment li din l-informazzjoni tkun konformi mar-rekwiżiti kollha dwar il-metadata stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 33a 3.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk l-impriżi jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika.
Artikolu 33a 4.
Sad-9 ta’ Jannar 2028, għall-fini li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, l-Istati Membri għandhom jaħtru mill-inqas korp tal-ġbir wieħed kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 u jinnotifikaw lill-ESMA dwar dan.
Artikolu 33a 5.

Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika:

(a) 

kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni;

(b) 

l-istrutturar tad-data fl-informazzjoni;

(c) 

għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’tali każijiet, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.

Artikolu 33a 6.
Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida biex tiżgura li l-metadata sottomessa f’konformità mal-paragrafu 5, il-punt (a), hija korretta.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.