|
+Artikolu 33a 1. |
Artikolu 33a 1.Mill-10 ta’ Jannar 2028, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jippubblikaw ir-rapport ta’ ġestjoni, ir-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat, inkluż għaż-żewġ rapporti l-informazzjoni meħtieġa fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/852, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati, ir-rapport tal-awditjar, ir-rapport ta’ aċċertament, ir-rapporti dwar is-sostenibbiltàli jikkonċernaw impriżi ta’ pajjiżi terzi u l-opinjoni ta’ aċċertament relatata, id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 40a(2), ir-raba’ subparagrafu, ta’ din id-Direttiva, ir-rapport dwar il-pagamenti lill-gvernijiet, u r-rapport ikkonsolidat dwar il-pagamenti lill-gvernijiet imsemmi fl-Artikolu 30, l-Artikolu 40d u l-Artikolu 45 ta’ din id-Direttiva, l-impriżi msemmija fl-Artikoli 19a, 29a u 40a ta’ din id-Direttiva jissottomettu dawk id-dikjarazzjonijiet u r-rapporti fl-istess ħin lill-korp tal-ġbir imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li jsiru aċċessibbli fil-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
29
). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, fejn meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), ta’ dak ir-Regolament;
(b)
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
(i)
l-ismijiet kollha tal-impriża li magħha hija relatata l-informazzjoni u, meta l-impriża li tirrapporta hija impriża sussidjarja eżentata kif imsemmi fl-Artikolu 29a(4), it-tieni subparagrafu, l-isem tal-impriża omm li tirrapporta l-informazzjoni fil-livell tal-grupp;
(ii)
l-identifikatur tal-entità ġuridika tal-impriża u, meta l-impriża li tirrapporta tkun impriża sussidjarja eżentata kif imsemmi fl-Artikolu 29a(4), it-tieni subparagrafu, fejn disponibbli, l-identifikatur tal-entità ġuridika tal-impriża prinċipali li tirrapporta informazzjoni fil-livell tal-grupp, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
(iii)
id-daqs tal-impriża skont il-kategorija, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament;
(iv)
is-settur(i) industrijali tal-attivitajiet ekonomiċi tal-impriża, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (e), ta’ dak ir-Regolament;
(v)
it-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;
(vi)
indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|