|
+Artikolu 40a 2. |
Artikolu 40a 2.L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li r-rapport dwar is-sostenibbiltà kkomunikat mill-impriża sussidjarja jew mill-fergħa kif imsemmi fil-paragrafu 1 jitfassal f’konformità mal-istandards adottati skont l-Artikolu 40b. B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, ir-rapport dwar is-sostenibbiltà msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jista’ jitfassal f’konformità mal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà adottati skont l-Artikolu 29b jew b’mod ekwivalenti għal dawk l-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, kif iddeterminat f’konformità ma’ att ta’ implimentazzjoni dwar l-ekwivalenza tal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà adottatat skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2004/109/KE. Meta l-informazzjoni meħtieġa biex jitfassal ir-rapport dwar is-sostenibbiltà msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma tkunx disponibbli, l-impriża sussidjarja jew il-fergħa msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitolbu lill-impriża ta’ pajjiż terz biex tipprovdilhom l-informazzjoni kollha meħtieġa biex ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom. F’każ li ma tingħatax l-informazzjoni kollha meħtieġa, l-impriża sussidjarja jew il-fergħa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tfassal, tippubblika u trendi aċċessibbli r-rapport dwar is-sostenibbiltà msemmi fil-paragrafu 1, li jkun fih l-informazzjoni kollha fil-pussess tagħha, miksuba jew akkwiżita, u toħroġ dikjarazzjoni li tindika li l-impriża ta’ pajjiż terz ma tkunx qiegħdet għad-dispożizzjoni l-informazzjoni meħtieġa. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|