+Artikolu 40a Rapporti dwar is-sostenibbiltà li jikkonċernaw impriżi ta’ pajjiżi terzi
---+Artikolu 40a 1.
---+Artikolu 40a 2.
---+Artikolu 40a 3.
---+Artikolu 40a 4.

Artikolu 40a Rapporti dwar is-sostenibbiltà li jikkonċernaw impriżi ta’ pajjiżi terzi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 40a 1.
Stat Membru għandu jirrikjedi li impriża sussidjarja stabbilita fit-territorju tiegħu li l-impriża prinċipali apikali tagħha tkun irregolata mil-liġi ta’ pajjiż terz tippubblika u trendi aċċessibbli rapport dwar is-sostenibbiltà li jkopri l-informazzjoni speċifikata fil-punti (a)(iii) sa (a)(v), il-punti (b) sa (f) u, fejn xieraq, il-punt (h) tal-Artikolu 29a(2) fil-livell ta’ grupp ta’ dik l-impriża prinċipali apikali ta’ pajjiż terz.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika biss għal impriżi sussidjarji li, fid-dati tal-karta tal-bilanċ tagħhom, jaqbżu fatturat nett ta’ EUR 200 000 000 fis-sena finanzjarja preċedenti.

Stat Membru għandu jirrikjedi li fergħa li tkun lokalizzata fit-territorju tiegħu, u li tkun fergħa ta’ impriża rregolata mil-liġi ta’ pajjiż terz, li jewma tkunx parti minn grupp jew fl-aħħar mill-aħħar tkun miżmuma minn impriża li tkun iffurmata f’konformità mal-liġi ta’ pajjiż terz, tippubblika u trendi aċċessibbli rapport dwar is-sostenibbiltà li jkopri l-informazzjoni speċifikata fil-punti (a)(iii) sa (a)(v), il-punti (b) sa (f) u, fejn xieraq, il-punt (h) tal-Artikolu 29a(2), fil-livell ta’ grupp, jew, jekk mhux applikabbli, il-livell individwali, tal-impriża ta’ pajjiż terz.

Ir-regola msemmija fit-tielet subparagrafu għandha tapplika biss għal fergħa fejn l-impriża ta’ pajjiż terz ma jkollhiex impriża sussidjarja kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, u fejn il-fergħa tkun iġġenerat fatturat nett li jaqbeż EUR 200 000 000 fis-sena finanzjarja preċedenti.

L-ewwel u t-tielet subparagrafi għandhom japplikaw biss għall-impriżi sussidjarji jew għall-fergħat imsemmija f’dawk is-subparagrafi fejn l-impriża ta’ pajjiż terz, fil-livell ta’ grupp tagħha, jew, jekk mhux applikabbli, il-livell individwali, tkun iġġenerat fatturat nett li jaqbeż EUR 450 000 000 fl-Unjoni għal kull waħda mill-aħħar sentejn finanzjarji konsekuttivi.

L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-impriżi sussidjarji jew il-fergħat imsemmija fl-ewwel u t-tielet subparagrafi jibagħtulhom informazzjoni dwar il-fatturat nett iġġenerat fit-territorju tagħhom u fl-Unjoni mill-impriżi ta’ pajjiżi terzi.

B’deroga mill-ewwel u t-tielet subparagrafi, meta l-impriża ta’ pajjiż terz tkun impriża holding finanzjarja li l-mudelli ta’ negozju u l-operazzjonijiet tal-impriżi sussidjarji tagħha jkunu indipendenti minn xulxin, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sussidjarji u l-fergħat ikunu jistgħu jiddeċiedu li ma jippubblikawx u ma jagħmlux aċċessibbli r-rapport dwar is-sostenibbiltà msemmi fl-ewwel u fit-tielet subparagrafi.

Artikolu 40a 2.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li r-rapport dwar is-sostenibbiltà kkomunikat mill-impriża sussidjarja jew mill-fergħa kif imsemmi fil-paragrafu 1 jitfassal f’konformità mal-istandards adottati skont l-Artikolu 40b.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, ir-rapport dwar is-sostenibbiltà msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jista’ jitfassal f’konformità mal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà adottati skont l-Artikolu 29b jew b’mod ekwivalenti għal dawk l-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, kif iddeterminat f’konformità ma’ att ta’ implimentazzjoni dwar l-ekwivalenza tal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà adottatat skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2004/109/KE.

Meta l-informazzjoni meħtieġa biex jitfassal ir-rapport dwar is-sostenibbiltà msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma tkunx disponibbli, l-impriża sussidjarja jew il-fergħa msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitolbu lill-impriża ta’ pajjiż terz biex tipprovdilhom l-informazzjoni kollha meħtieġa biex ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom.

F’każ li ma tingħatax l-informazzjoni kollha meħtieġa, l-impriża sussidjarja jew il-fergħa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tfassal, tippubblika u trendi aċċessibbli r-rapport dwar is-sostenibbiltà msemmi fil-paragrafu 1, li jkun fih l-informazzjoni kollha fil-pussess tagħha, miksuba jew akkwiżita, u toħroġ dikjarazzjoni li tindika li l-impriża ta’ pajjiż terz ma tkunx qiegħdet għad-dispożizzjoni l-informazzjoni meħtieġa.

Artikolu 40a 3.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li r-rapport dwar is-sostenibbiltà msemmi fil-paragrafu 1 jkun ppubblikat akkumpanjat minn opinjoni ta’ aċċertament espressa minn persuna jew ditta waħda jew aktar awtorizzati li jagħtu opinjoni dwar l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà skont il-liġi nazzjonali tal-impriża ta’ pajjiż terz jew ta’ Stat Membru.

F’każ li l-impriża ta’ pajjiż terz ma tipprovdix l-opinjoni ta’ aċċertament skont l-ewwel subparagrafu, l-impriża sussidjarja jew il-fergħa għandha toħroġ dikjarazzjoni li tindika li l-impriża ta’ pajjiż terz ma tkunx qiegħdet għad-dispożizzjoni l-opinjoni dwar l-aċċertament meħtieġa.

Artikolu 40a 4.
L-Istati Membri jistgħu jinfurmaw lill-Kummissjoni fuq bażi annwali dwar is-l-impriżi sussidjarji jew il-fergħat ta’ impriżi ta’ pajjiżi terzi li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżit ta’ pubblikazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 40d u bil-każijiet fejn ġie ppubblikat rapport iżda fejn l-impriża sussidjarja jew il-fergħatkun aġixxiet f’konformità mar-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tagħha, lista tal-impriżi ta’ pajjiżi terzi li jippubblikaw rapport dwar is-sostenibbiltà.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.