+Artikolu 43 Kontenut tar-rapport
---+Artikolu 43 1.
---+Artikolu 43 2.
---+Artikolu 43 3.
---+Artikolu 43 4.
---+Artikolu 43 5.
|
Artikolu 43 Kontenut tar-rapport
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 43 1.
|
Mhuwiex neċessarju li xi pagament, sew jekk isir bħala pagament uniku jew bħala serje ta' pagamenti relatati, jittieħed inkonsiderazzjoni fir-rapport jekk ikun taħt il-100 000 EUR f'sena finanzjarja.
|
|
Artikolu 43 2.
|
Ir-rapport għandu jiddivulga l-informazzjoni li ġejja għal attivitajiet kif deskritti fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 41 fir-rigward tas-sena finanzjarja rilevanti:
(a)
l-ammont totali tal-pagamenti li saru lil kull gvern;
(b)
l-ammont totali għal kull tip ta' pagament kif speċifikat fil-punti (5) sa (g) tal-Artikolu 41 li sar għal kull gvern;
(c)
meta dawk il-pagamenti jkunu ġew attribwiti lil proġett speċifiku l-ammont totali għal kull tip ta' pagament kif speċifikat fil-punti (5)(a) sa (g) tal-Artikolu 41, li jkun sar għal kull proġett bħal dan u l-ammont totali ta' pagamenti għal kull proġett bħal dan.
Pagamenti li jkunu saru mill-impriża fir-rigeard tal obbligi imposti fil-livell tal-entità jistgħu jiġu żvelati fil-livell tal-entità pjuttost milli f'livell tal-proġett.
|
|
Artikolu 43 3.
|
Meta jsiru pagamenti in natura lil gvern, dawn għandhom jiġu rapportati bil-valur u, fejn applikabbli, bil-volum. Għandhom jiġu pprovduti noti ta' illustrazzjoni biex jiġi spjegat kif il-valur tagħhom ġie determinat.
|
|
Artikolu 43 4.
|
L-iżvelar tal-pagamenti msemmija f'dan l-Artikolu għandu jirrifletti s-sustanza, aktar milli l-forma, tal-pagament jew tal-attività kkonċernata. Il-pagamenti u l-attivitajiet m'għandhomx jinqasmu jew jiġu kkombinati b'mod artifiċjali biex tiġi evitata l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 43 5.
|
Fil-każ ta' dawk l-Istati Membri li ma adottawx l-euro, il-livell limitu f'euro identifikat fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkonvertit fil-munita nazzjonali billi:
(a)
tiġi applikata r-rata tal-kambju ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' kwalunkwe Direttiva li tiffissa dak il-livell limitu; u
(b)
issir approssimizzazzjoni lejn l-eqreb mija.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|