+Artikolu 44 Rapport ikkonsolidat dwar pagamenti lill-gvernijiet
---+Artikolu 44 1.
---+Artikolu 44 2.
---+Artikolu 44 3.

Artikolu 44 Rapport ikkonsolidat dwar pagamenti lill-gvernijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 44 1.
Stat Membru għandu jesiġi li kwalunkwe impriża kbira jew entità ta’ interess pubbliku attiva fl-industrija estrattiva jew fil-qtugħ tas-siġar tal-foresti primarji u rregolata bil-liġi nazzjonali tiegħu biex tħejji rapport ikkonsolidat dwar pagamenti lill-gvernijiet skont l-Artikoli 42 u 43 jekk dik l- ►C1  impriża omm ◄ tkun obbligata li tħejji dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati kif stipulat fl-Artikolu 22(1) sa (6).

►C1  Impriża omm ◄ hija kkunsidrata li tkun attiva fl-industrija estrattiva jew fil-qtugħ tas-siġar tal-foresti primarji jekk xi waħda mill-impriżi sussidjarji tagħha tkun attiva fl-industrija estrattiva jew fil-qtugħ tas-siġar tal-foresti primarji.

Ir-rapport ikkonsolidat għandu jinkludi biss pagamenti li ġejjin minn operazzjonijiet estrattivi u/jew mill-qtugħ tas-siġar.

Artikolu 44 2.

L-obbligu ta' tħejjija tar-rapport ikkonsolidat imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandux japplika għal:

(a) 

►C1  impriża omm ◄ ta' grupp żgħir, kif definita fl-Artikolu 3(5), għajr fejn kwalunkwe impriża affiljata tkun entità ta’ interess pubbliku;

(b) 

►C1  impriża omm ◄ ta' grupp ta' daqs medju, kif definita fl-Artikolu 3(6), għajr fejn kwalunkwe impriża affiljata tkun entità ta’ interess pubbliku; u

(c) 

►C1  impriża omm ◄ irregolata bil-liġi ta’ Stat Membru li tkun ukoll impriża sussidjarja, jekk l- ►C1  impriża omm ◄ tagħha stess tkun irregolata mil-liġi ta’ Stat Membru.

Artikolu 44 3.

Mhuwiex neċessarju li impriża, inkluż entità ta’ interess pubbliku, tiġi inkluża f'rapport ikkonsolidat dwar pagamenti lil gvernijiet fejn tiġi ssodisfata tal-anqas waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

restrizzjonijiet severi fuq terminu twil sostanzjalment ixekklu lill- ►C1  impriża omm ◄ fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħha fuq l-assi jew il-ġestjoni ta’ dik l-impriża;

(b) 

każijiet estremament rari fejn l-informazzjoni neċessarja għat-tħejjija ta’ rapport ikkonsolidat dwar pagamenti lil gvern skont din id-Direttiva ma tistax tinkiseb mingħajr spiża sproporzjonata jew dewmien eċċessiv;

(c) 

l-ishma ta' dik l-impriża huma miżmuma esklużivament bl-għan li sussegwentement jerġgħu jinbiegħu.

L-eżenzjonijiet ta' hawn fuq għandhom japplikaw biss jekk huma jintużaw ukoll għall-finijiet tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.