|
+Artikolu 48b 5. |
Artikolu 48b 5.L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-fergħat miftuħa fit-territorji tagħhom minn impriżi li ma jkunux regolati mil-liġi ta’ Stat Membru biex jippubblikaw u jagħmlu aċċessibbli rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu li tikkonċerna l-impriża omm apikali jew l-impriża awtonoma msemmija fil-punt (a) tas-sitt subparagrafu, fir-rigward tal-aħħar sena tal-aħħar sentejn finanzjarji konsekuttivi. Fejn dik l-informazzjoni jew dak ir-rapport ma jkunux disponibbli, il-persunal jew persuni maħtura biex iwettqu l-formalitajiet ta’ divulgazzjoni msemmija fl-Artikolu 48e(2) għandhom jitolbu lill-impriża omm apikali jew lill-impriża awtonoma msemmija fil-punt (a) tas-sitt subparagrafu ta’ dan il-paragrafu biex tipprovdilhom l-informazzjoni kollha meħtieġa biex ikunu jistgħu jwettqu l-obbligi tagħhom. Fil-każ li l-informazzjoni li tingħata ma tkunx l-informazzjoni kollha meħtieġa, il-fergħa għandha tfassal, tippubblika u tagħmel aċċessibbli rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu, li jkun fih l-informazzjoni kollha fil-pussess tagħha, miksuba jew akkwistata, u dikjarazzjoni li tindika li l-impriża omm apikali jew l-impriża awtonoma ma għamlitx l-informazzjoni meħtieġa disponibbli. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-obbligi ta’ rapportar stabbiliti f’dan il-paragrafu japplikaw biss għal fergħat li għandhom fatturat nett li qabeż il-limitu kif traspost skont l-Artikolu 3(2) għal kull sena mill-aħħar sentejn finanzjarji konsekuttivi. L-Istati Membri għandhom jipprovdu sabiex fergħa soġġetta għall-obbligi ta’ rapportar taħt dan il-paragrafu ma tibqax soġġetta għal dawk l-obbligi fejn il-fatturat nett tagħha jaqa’ taħt il-limitu kif traspost skont l-Artikolu 3(2) għal kull sena mill-aħħar sentejn finanzjarji konsekuttivi. L-Istati Membri għandhom jipprovdu sabiex ir-regoli stabbiliti f’dan il-paragrafu japplikaw għal fergħa biss fejn jiġu ssodisfati l-kriterji li ġejjin:
(a)
l-impriża li fetħet il-fergħa tkun jew impriża affiljata ta’ grupp li l-impriża omm apikali tiegħu ma tkunx regolata mil-liġi ta’ Stat Membru u li d-dħul konsolidat tiegħu fid-data tal-karta bilanċjali tiegħu tkun qabeż għal kull sena mill-aħħar sentejn finanzjarji konsekuttivi total ta’ EUR 750 000 000 , kif rifless fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati tiegħu, jew impriża awtonoma li d-dħul tagħha fid-data tal-karta bilanċjali tagħha qabeż għal kull sena mill-aħħar sentejn finanzjarji konsekuttivi total ta’ EUR 750 000 000 kif rifless fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha; u
(b)
l-impriża omm apikali msemmija fil-punt (a) ta’ dan is-subparagrafu ma jkollhiex impriża sussidjarja ta’ daqs medju jew kbir kif imsemmi fil-paragrafu 4. L-Istati Membri għandhom jipprovdu sabiex fergħa ma tibqax soġġetta għall-obbligi ta’ rapportar stabbiliti f’dan il-paragrafu fejn il-kriterju previst fil-punt (a) ma jibqax issodisfat għal sentejn finanzjarji konsekuttivi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|