|
+Artikolu 48b 6. |
Artikolu 48b 6.L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw ir-regoli stabbiliti fil-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu fejn rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu jitfassal minn impriża omm apikali jew impriża awtonoma li ma tkunx regolata mil-liġi ta’ Stat Membru, b’mod li jkun konsistenti mal-Artikolu 48c, u jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
(a)
isir aċċessibbli għall-pubbliku, mingħajr ħlas u f’format ta’ rapportar elettroniku li jinqara mill-magni:
(i)
fis-sit web ta’ dik l-impriża omm apikali jew ta’ dik l-impriża awtonoma;
(ii)
f’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni;
(iii)
mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-data tal-karta bilanċjali tas-sena finanzjarja li għaliha jkun tfassal ir-rapport; u
(b)
jidentifika l-isem u l-uffiċċju reġistrat ta’ impriża sussidjarja unika, jew l-isem u l-indirizz ta’ fergħa unika regolata mil-liġi ta’ Stat Membru, li tkun ippubblikat rapport f’konformità mal-Artikolu 48d(1). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|