|
+Artikolu 3 4. |
Artikolu 3 4.L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu japprovaw biss bħala ditti tal-awditjar lil dawk l-entitajiet li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-persuni fiżiċi li jwettqu awditjar statutorju f’isem ditta tal-awditjar għandhom jissodisfaw tal-anqas il-kondizzjonijiet għal awditjar statutorju imposti mill-Artikoli 4, l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 8(1) u (2), l-Artikolu 9, l-Artikolu 10(1), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 11 u l-Artikolu 12 ta’ din id-Direttiva u għandhom ikunu approvati bħala awdituri statutorji fl-Istat Membru kkonċernat;
(b)
il-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot f’entità għandha tkun f’idejn id-ditti tal-awditjar li jkunu approvati fi kwalunkwe Stat Membru jew f’idejn persuni fiżiċi li jissodisfaw tal-anqas il-kondizzjonijiet għal awditjar statutorju imposti mill-Artikoli 4, l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 8(1) u (2), l-Artikolu 9, l-Artikolu 10(1), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 11 u l-Artikolu 12 ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li tali persuni fiżiċi jridu jkunu ġew approvati wkoll fi Stat Membru ieħor. Għall-iskop tal-awditjar statutorju ta’ kooperattivi, banek ta’ tfaddil u entitajiet simili kif imsemmijin fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 86/635/KEE, sussidjarja jew suċċessur legali ta’ kooperattiva, bank ta’ tfaddil jew entità simili kif imsemmijin fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 86/635/KEE l-Istati Membri jistgħu jistipulaw dispożizzjonijiet speċifiċi oħrajn f’rabta mad-drittijiet tal-vot;
(c)
il-maġġoranza – sa massimu ta’ 75 % – tal-membri tal-korp amministrattiv jew ta’ ġestjoni tal-entità trid tkun magħmula minn ditti tal-awditjar li jkunu approvati fi kwalunkwe Stat Membru jew minn persuni fiżiċi li jissodisfaw tal-anqas il-kondizzjonijiet imposti mill-Artikoli 4, l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 8(1) u (2), l-Artikolu 9, l-Artikolu 10(1), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 11 u l-Artikolu 12 ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li tali persuni fiżiċi jridu jkunu ġew approvati wkoll fi Stat Membru ieħor. Fejn tali korp ma jkollux aktar minn żewġ membri, wieħed minn dawn il-membri jrid jissodisfa tal-anqas il-kondizzjonijiet f’dan il-punt;
(d)
id-ditta trid tissodisfa l-kondizzjoni imposta mill-Artikolu 4. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kondizzjonijiet addizzjonali biss b’rabta mal-punt (c). Tali kondizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonali għall-objettivi segwiti u ma għandhomx jeċċedu dak li huwa strettament meħtieġ. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|