+Artikolu 3 'L-approvazzjoni ta' awdituri statutorji u ta' kumpanniji►C1tal-awditjar◄
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 3 4.

Artikolu 3 'L-approvazzjoni ta' awdituri statutorji u ta' kumpanniji►C1tal-awditjar◄

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1.
►C1  Il-awditjar ◄ statutorji għandhom jiġu mwettqa biss minn awdituri statutorji jew minn kumpanniji ►C1  tal-awditjar ◄ li jkunu approvati mill-Istat Membru li jesiġi ►C1  l-awditjar ◄ statutorja.
Artikolu 3 2.
►M3  Kull Stat Membru għandu jaħtar lill-awtorità kompetenti biex tkun responsabbli mill-approvazzjoni ta' awdituri statutorji u ditta tal-awditjar. ◄
Artikolu 3 3.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistgħu japprovaw bħala awdituri statutorji biss persuni fiżiċi li jissodisfaw ta' l-anqas il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 4 u 6 sa 10.
Artikolu 3 4.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu japprovaw biss bħala ditti tal-awditjar lil dawk l-entitajiet li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-persuni fiżiċi li jwettqu awditjar statutorju f’isem ditta tal-awditjar għandhom jissodisfaw tal-anqas il-kondizzjonijiet għal awditjar statutorju imposti mill-Artikoli 4, l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 8(1) u (2), l-Artikolu 9, l-Artikolu 10(1), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 11 u l-Artikolu 12 ta’ din id-Direttiva u għandhom ikunu approvati bħala awdituri statutorji fl-Istat Membru kkonċernat;

(b) 

il-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot f’entità għandha tkun f’idejn id-ditti tal-awditjar li jkunu approvati fi kwalunkwe Stat Membru jew f’idejn persuni fiżiċi li jissodisfaw tal-anqas il-kondizzjonijiet għal awditjar statutorju imposti mill-Artikoli 4, l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 8(1) u (2), l-Artikolu 9, l-Artikolu 10(1), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 11 u l-Artikolu 12 ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li tali persuni fiżiċi jridu jkunu ġew approvati wkoll fi Stat Membru ieħor. Għall-iskop tal-awditjar statutorju ta’ kooperattivi, banek ta’ tfaddil u entitajiet simili kif imsemmijin fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 86/635/KEE, sussidjarja jew suċċessur legali ta’ kooperattiva, bank ta’ tfaddil jew entità simili kif imsemmijin fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 86/635/KEE l-Istati Membri jistgħu jistipulaw dispożizzjonijiet speċifiċi oħrajn f’rabta mad-drittijiet tal-vot;

(c) 

il-maġġoranza – sa massimu ta’ 75 % – tal-membri tal-korp amministrattiv jew ta’ ġestjoni tal-entità trid tkun magħmula minn ditti tal-awditjar li jkunu approvati fi kwalunkwe Stat Membru jew minn persuni fiżiċi li jissodisfaw tal-anqas il-kondizzjonijiet imposti mill-Artikoli 4, l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 8(1) u (2), l-Artikolu 9, l-Artikolu 10(1), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 11 u l-Artikolu 12 ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li tali persuni fiżiċi jridu jkunu ġew approvati wkoll fi Stat Membru ieħor. Fejn tali korp ma jkollux aktar minn żewġ membri, wieħed minn dawn il-membri jrid jissodisfa tal-anqas il-kondizzjonijiet f’dan il-punt;

(d) 

id-ditta trid tissodisfa l-kondizzjoni imposta mill-Artikolu 4.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kondizzjonijiet addizzjonali biss b’rabta mal-punt (c). Tali kondizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonali għall-objettivi segwiti u ma għandhomx jeċċedu dak li huwa strettament meħtieġ.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0043
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.