|
+Artikolu 27a 3. |
Artikolu 27a 3.Fejn l-awditur tal-grupp ikun soġġett għal rieżami ta’ aċċertament tal-kwalità jew investigazzjoni fir-rigward tal-aċċertament tar-rapportar kkonsolidat dwar is-sostenibbiltà ta’ grupp ta’ impriżi, l-awditur tal-grupp għandu, meta jintalab jagħmel dan, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti id-dokumentazzjoni rilevanti li huwa jżomm fir-rigward tal-ħidma tal-aċċertament mwettqa rispettivament mill-fornitur(i) indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament, awditur(i) ta’ pajjiżi terzi, awditur(i) statutorji, entità/entitajiet ta’ awditjar minn pajjiż terz jew ditta/i tal-awditjar għall-fini tal-inkarigu ta’ aċċertament tar-rapportar kkonsolidat dwar is-sostenibbiltà, inkluż kwalunkwe dokumenti ta’ ħidma rilevanti għall-aċċertament tar-rapportar kkonsolidat dwar is-sostenibbiltà. L-awtorità kompetenti tista’ titlob dokumentazzjoni addizzjonali dwar il-ħidma ta’ aċċertament mwettqa minn kwalunkwe awditur(i) statutorju/i jew ditta/i tal-awditjar għall-fini tal-aċċertament tar-rapportar kkonsolidat dwar is-sostenibbiltà mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti skont l-Artikolu 36. Fejn l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà ta’ ►C3 impriża omm ◄ jew impriża sussidjarja ta’ grupp ta’ impriżi titwettaq minn awditur jew awdituri jew entità/entitajiet ta’ awditjar minn pajjiż terz, l-awtorità kompetenti tista’ titlob dokumentazzjoni addizzjonali dwar xogħol ta’ aċċertament mwettaq minn kwalunkwe awditur jew awdituri ta’ pajjiż terz jew entità/entitajiet ta’ awditjar minn pajjiż terz mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti minn pajjiżi terzi permezz tal-arranġament ta’ ħidma. B’deroga mit-tielet subparagrafu, meta fornitur(i) indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament, awditur jew awdituri ta’ pajjiż terz jew entità jew entitajiet ta’ awditjar li ma jkollhom l-ebda arranġament ta’ ħidma jkunu wettqu l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà ta’ ►C3 impriża omm ◄ jew ta’ impriża sussidjarja ta’ grupp ta’ impriżi, l-awditur tal-grupp għandu, meta jintalab, ikun responsabbli wkoll biex jiżgura l-konsenja xierqa tad-dokumentazzjoni addizzjonali dwar il-ħidma ta’ aċċertament mwettqa minn tali fornitur(i) indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament, awditur(i) ta’ pajjiżi terzi jew entità/entitajiet ta’ awditjar, inkluż id-dokumenti ta’ ħidma rilevanti għall- aċċertament tar-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà. Sabiex tiġi żgurata tali konsenja, l-awditur tal-grupp għandu jżomm kopja ta’ tali dokumentazzjoni, jew inkella jiftiehem mal-fornitur(i) indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament, mal-awditur(i) ta’ pajjiżi terzi jew mal-entità/entitajiet ta’ awditjar sabiex huwa jkun jista’ jkollu aċċess mhux ristrett għal tali dokumentazzjoni kull meta jitlob li jagħmel dan, jew jieħu kwalunkwe azzjoni adatta oħra. Fejn id-dokumenti ta’ ħidma tal-aċċertament ma jkunux jistgħu jgħaddu minn pajjiż terz għall-awditur tal-grupp minħabba raġunijiet legali jew raġunijiet oħra, id-dokumentazzjoni miżmuma mill-awditur tal-grupp għandha tinkludi provi li huwa jkun ħa l-passi adatti sabiex ikollu aċċess għad-dokumentazzjoni ta’ aċċertament, u fil-każ ta’ impedimenti li ma jkunux legali li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-pajjiż terz konċernat, provi li jsostnu l-eżistenza ta’ tali impediment. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|