|
+Artikolu 30b Applikazzjoni effettiva tas-sanzjonijiet |
Artikolu 30b Applikazzjoni effettiva tas-sanzjonijietArtikolu 30b Applikazzjoni effettiva tas-sanzjonijiet Meta jistabbilixxu regoli skont l-Artikolu 30, l-Istati Membri għandhom jesiġu li meta jiddeterminaw it-tip u l-livell ta' sanzjonijiet u miżuri amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inklużi, fejn ikun il-każ:
(a)
il-gravità u t-tul ta' żmien tal-ksur;
(b)
il-grad ta' responsabbiltà tal-persuna responsabbli;
(c)
is-saħħa finanzjarja tal-persuna responsabbli, pereżempju kif indikat mill-fatturat totali tal-impriża responsabbli jew il-fatturat totali tal-impriża responsabbli jew id-dħul annwali totali tal-persuna responsabbli, jekk dik il-persuna tkun persuna fiżika;
(d)
l-ammonti tal-qligħ iggwadanjat jew tat-telf evitat mill-persuna responsabbli, sa fejn dawn jistgħu jiġu determinati;
(e)
il-livell ta' kooperazzjoni tal-persuna responsabbli mal-awtorità kompetenti;
(f)
ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli. Jista' jittieħed kont ta' fatturi addizzjonali mill-awtoritajiet kompetenti, fejn tali fatturi huma speċifikati fid-dritt nazzjonali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|