+Artikolu 32 'Il-prinċipji tas-sorveljanza pubblika
---+Artikolu 32 1.
---+Artikolu 32 2.
---+Artikolu 32 3.
---+Artikolu 32 4.
---+Artikolu 32 4a.
---+Artikolu 32 4b.
---+Artikolu 32 5.
---+Artikolu 32 6.
---+Artikolu 32 7.
|
Artikolu 32 'Il-prinċipji tas-sorveljanza pubblika
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 32 1.
|
L-Istati Membri għandhom jorganizzaw sistema effettiva ta' sorveljanza pubblika għall-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar bbażata fuq il-prinċipji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7, u għandhom jinnominaw awtorità kompetenti responsabbli minn tali sorveljanza.
|
|
Artikolu 32 2.
|
L-awdituri statutorji u l-kumpanniji
►C1
tal-awditjar ◄ kollha għandhom ikunu suġġetti għas-sorveljanza pubblika.
|
|
Artikolu 32 3.
|
L-awtorità kompetenti għandha tkun irregolata minn persuni mhux prattikanti li jkollhom għarfien fl-oqsma rilevanti għall-awditerija statutorja, u, fejn applikabbli, għall-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà. Dawn għandhom jintgħażlu skont proċedura ta’ ħatra indipendenti u trasparenti. L-awtorità kompetenti tista' tqabbad persuni prattikanti jwettqu kompiti speċifiċi u tista' wkoll tingħata l-għajnuna minn esperti meta din tkun essenzjali għat-twettiq tajjeb tal-kompiti tagħha. F'tali każijiet, kemm il-persuni prattikanti kif ukoll l-esperti ma għandhom ikunu involuti fl-ebda teħid ta' deċiżjonijiet tal-awtorità kompetenti.
|
|
Artikolu 32 4.
|
L-awtorità kompetenti għandu jkollha r-responsabbiltà finali fuq is-sorveljanza ta':
(a)
l-approvazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar;
▼M4
(b)
l-adozzjoni ta’ standards dwar l-etika professjonali, il-kontroll intern tal-kwalità tad-ditti tal-awditjar, l-awditjar u l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, ħlief meta dawk l-istandards jiġu adottati jew approvati minn awtoritajiet ta’ Stati Membri oħra;
▼M3
(c)
it-tkomplija tal-edukazzjoni;
(d)
is-sistemi ta' assigurazzjoni tal-kwalità;
(e)
is-sistemi dixxiplinarji investigattivi u amministrattivi.
|
|
Artikolu 32 4a.
|
L-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità kompetenti waħda jew aktar biex twettaq il-kompiti provduti f'din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità kompetenti waħda biss li terfa' r-responsabbiltà finali għall-kompiti msemmija f'dan l-Artikolu minbarra għall-fini tal-awditu statutorju ta' kooperattivi, banek tat-tfaddil jew entitajiet simili kif imsemmi fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 86/635/KEE, jew ta' sussidjarja jew suċċessur leġittimu ta' kooperattiva, bank tat-tfaddil jew entità simili kif imsemmi fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 86/635/KEE. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bin-nomina tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu organizzati b'tali mod li jiġu evitati l-konflitti ta' interess.
|
|
Artikolu 32 4b.
|
L-Istati Membri jistgħu jiddelegaw jew iħallu lill-awtorità kompetenti tiddelega kwalunkwe kompiti tagħha lil awtoritajiet jew korpi maħturin jew awtorizzati mod ieħor mil-liġi biex iwettqu tali kompiti. Id-delega għandha tispeċifika l-kompiti delegati u l-kondizzjonijiet li skonthom għandhom jitwettqu. L-awtoritajiet jew il-korpi għandhom jiġu organizzati b'tali mod li jiġu evitati konflitti ta' interess. Fejn l-awtorità kompetenti tiddelega kompiti lil awtoritajiet jew korpi oħra, hija għandha tkun tista' tieħu lura l-kompetenzi delegati skont il-każ.
|
|
Artikolu 32 5.
|
L-awtorità kompetenti għandu jkollha d-dritt, fejn meħtieġ, li tibda u twettaq investigazzjonijiet marbuta mal-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar u d-dritt li tieħu l-azzjoni adatta. Fejn awtorità kompetenti tingaġġa esperti biex iwettqu kompiti speċifiċi, hi għandha tiżgura li ma hemm l-ebda konflitt ta' interess bejn dawk l-esperti u l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar inkwistjoni. Tali esperti għandhom jikkonformaw mal-istess rekwiżiti ta' dawk previsti fil-punt (a) tal-Artikolu 29(2). L-awtorità kompetenti hija mogħtija s-setgħat meħtieġa biex tkun tista' twettaq il-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħha taħt din id-Direttiva.;
|
|
Artikolu 32 6.
|
L-awtorità kompetenti għandha tkun trasparenti. Din għandha tinkludi l-pubblikazzjoni tal-programmi annwali ta' ħidma u r-rapporti tal-attività.
|
|
Artikolu 32 7.
|
Is-sistema ta' sorveljanza pubblika għandha tkun iffinanzjata b'mod adatt u għandu jkollha riżorsi adatti biex tibda u twettaq investigazzjonijiet, kif imsemmi fil-paragrafu 5. Il-finanzjament tas-sistema ta' sorveljanza pubblika għandu jkun protett u liberu minn kwalunkwe influwenza indebita mill-awdituri statutorji jew id-ditti tal-awditjar.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0043
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|