|
+Artikolu 5 1. |
Artikolu 5 1.L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar li jwettqu awditu statutorju ta' entità ta' interess pubbliku, jew kwalunkwe membru tan-netwerk li minnu l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jagħmlu parti, ma għandhomx jipprovdu direttament jew indirettament lill-entità awditjata, lill-intrapriża prinċipali tagħha jew lill-intrapriżi kkontrollati tagħha fl-Unjoni, kwalunkwe servizz mhux tal-awditjar ipprojbit
(a)
fil-perijodu bejn il-bidu tal-perijodu awditjat u l-ħruġ tar-rapport tal-awditjar; u
(b)
fis-sena finanzjarja immedjatament qabel il-perijodu msemmi fil-punt (a) b'rabta mas-servizzi elenkati fil-punt (e) tat-tieni subparagrafu. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, servizzi mhux ta' awditjar ipprojbiti għandhom ifissru:
(a)
servizzi fiskali relatati ma':
(i)
it-tħejjija tal-formoli tat-taxxa;
(ii)
it-taxxa fuq is-salarji;
(iii)
id-dazji doganali;
(iv)
l-identifikazzjoni ta' sussidji pubbliċi u inċentivi fiskali sakemm l-appoġġ mill-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar fir-rigward ta' tali servizzi ma jkunx meħtieġ bil-liġi;
(v)
l-appoġġ rigward l-ispezzjonijiet fiskali mill-awtoritajiet fiskali sakemm l-appoġġ mill-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar b'rabta ma' tali ispezzjonijiet ma jkunx meħtieġ bil-liġi;
(vi)
kalkolu ta' taxxa diretta u indiretta u taxxa differita;
(vii)
forniment ta' konsulenza fiskali;
(b)
servizzi li jinvolvu kwalunkwe rwol fil-ġestjoni jew il-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-entità awditjata;
(c)
iż-żamma tal-kontijiet u t-tħejjija tar-rekords kontabilistiċi u tar-rapporti finanzjarji kif ukoll it-tħejjija tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà;
(d)
servizzi ta' ħlas tas-salarji;
(e)
disinn u implimentazzjoni ta' proċeduri ta' kontroll intern jew ta' maniġġar tar-riskji b'rabta mat-tħejjija u/jew il-kontroll ta' informazzjoni finanzjarja jew mat-tfassil jew implimentazzjoni ta' sistemi informatiċi finanzjarji;
(f)
servizzi ta' evalwazzjoni, inklużi evalwazzjonijiet imwettqin b'rabta ma' servizzi attwarji jew servizzi ta' appoġġ f'tilwim;
(g)
servizzi legali, rigward:
(i)
il-forniment ta' konsulenza ġenerali,
(ii)
negozjar f'isem l-entità awditjata, jew
(iii)
azzjoni fi rwol ta' difiża fir-riżoluzzjoni ta' tilwim;
(h)
servizzi marbutin mal-funzjoni tal-awditjar intern tal-entità awditjata;
(i)
servizzi marbutin mal-finanzjament, l-istruttura u l-allokazzjoni kapitali, u l-istrateġija tal-investiment tal-entità awditjata, minbarra l-forniment ta' servizzi tal-assigurazzjoni b'rabta mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji, bħall-ħruġ ta' ittri ta' konfort b'rabta mal-prospetti maħruġa mill-entità awditjata;
(j)
il-promozzjoni, in-negozjar, jew is-sottoskrizzjoni ta' ishma fl-entità awditjata;
(k)
servizzi ta' riżorsi umani rigward:
(i)
ġestjoni f'pożizzjoni ta' eżerċizzju ta' influwenza sinifikanti fuq it-tħejjija tar-rekords kontabilistiċi jew id-dikjarazzjonijiet finanzjarji li huma soġġetti għal awditu statutorju, fejn tali servizzi jinvolvu:
—
it-tfittxija għal kandidati għal dawn il-pożizzjonijiet, jew
—
it-twettiq ta' verifiki ta' referenza ta' kandidati għal dawn il-pożizzjonijiet.
(ii)
it-tfassil tas-sistema tal-organizzazzjoni u
(iii)
il-kontroll tal-ispejjeż. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|