+Artikolu 16 Ħatra ta' awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.
---+Artikolu 16 5.
---+Artikolu 16 6.
---+Artikolu 16 7.
---+Artikolu 16 8.

Artikolu 16 Ħatra ta' awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1.
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 37(1) tad-Direttiva 2006/43/KE, għall-ħatra tal-awdituri statutorji jew tad-ditti tal-awditjar minn entitajiet ta' interess pubbliku, għandhom japplikaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu, iżda dawn jistgħu jkunu soġġetti għall-paragrafu 7.

Fejn japplika l-Artikolu 37(2) tad-Direttiva 2006/43/KE, l-entità ta' interess pubbliku għandha tinforma lill-awtorità kompetenti dwar l-użu tas-sistemi jew il-modalitajiet alternattivi msemmija f'dak l-Artikolu. F'dak il-każ jista' jkun li l-paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw.

Artikolu 16 2.
Il-kumitat tal-awditjar għandu jissottometti rakkomandazzjoni lill-korp amministrattiv jew superviżorju tal-entità awditjata għall-ħatra ta' awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar.

Sakemm ma tikkonċernax it-tiġdid ta' inkarigu tal-awditjar skont l-Artikolu 17(1) u 17(2), ir-rakkomandazzjoni għandha tiġi ġustifikata u għandu jkun fiha tal-inqas żewġ għażliet għall-inkarigu tal-awditjar u l-kumitat tal-awditjar għandu jesprimi preferenza ġustifikata b'mod debitu għal waħda minnhom.

Fir-rakkomandazzjoni tiegħu, il-kumitat tal-awditjar għandu jiddikjara li r-rakkomandazzjoni tiegħu hija ħielsa minn kull influwenza minn parti terza u li ma ġiet imposta fuqu l-ebda klawsola tat-tip imsemmi fil-paragrafu 6.

Artikolu 16 3.

Sakemm ma tikkonċernax it-tiġdid ta' inkarigu tal-awditjar skont l-Artikolu 17(1) u 17(2), ir-rakkomandazzjoni tal-kumitat tal-awditjar imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha titħejja wara proċedura tal-għażla organizzata mill-entità awditjata li tirrispetta l-kriterji li ġejjin:

(a) 

l-entità awditjata għandha tkun libera li tistieden kwalunkwe awditur statutorju jew ditta tal-awditjar sabiex jissottomettu proposti għall-forniment tas-servizz tal-awditjar statutorju bil-kondizzjoni li jiġi rispettat l-Artikolu 17(3) u li l-organizzazzjoni tal-proċess tas-sejħa għal offerti ma jipprekludi bl-ebda mod il-parteċipazzjoni fil-proċedura tal-għażla ta' ditti li rċevew inqas minn 15 % tat-tariffi tal-awditjar totali minn entitajiet ta' interess pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat fis-sena kalendarja ta' qabel;

(b) 

l-entità awditjata għandha tħejji d-dokumenti tal-offerta għall-attenzjoni tal-awdituri statutorji jew tad-ditti tal-awditjar mistiedna. Dawn id-dokumenti tal-offerta għandhom jippermettulhom jifhmu n-negozju tal-entità awditjata u t-tip ta' awditjar statutorju li għandu jsir. Id-dokumenti tal-offerta għandu jkun fihom kriterji tal-għażla trasparenti u mhux diskriminatorji li għandhom jintużaw mill-entità awditjata sabiex jiġu evalwati l-proposti li jsiru mill-awdituri statutorji jew mid-ditti tal-awditjar;

(c) 

l-entità awditjata għandha tkun libera li tiddetermina l-proċedura tal-għażla u tista' twettaq negozjati diretti mal-offerenti interessati matul il-proċedura;

(d) 

fejn, skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 20, jitolbu lill-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar jikkonformaw ma' ċerti standards tal-kwalità, dawn l-istandards għandhom jiġu inklużi fid-dokumenti tal-offerta;

(e) 

l-entità awditjata għandha tevalwa l-proposti li jsiru mill-awdituri statutorji jew mid-ditti tal-awditjar skont il-kriterji tal-għażla predefiniti fid-dokumenti tal-offerta. L-entità awditjata għandha tħejji rapport dwar il-konklużjonijiet tal-proċedura tal-għażla, li għandhom jiġu vvalidati mill-kumitat tal-awditjar. L-entità awditjata u l-kumitat tal-awditjar għandhom jieħdu f'kunsiderazzjoni kwalunkwe sejba jew konklużjoni ta' kwalunkwe rapport ta' ispezzjoni fuq l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar applikanti msemmija fl-Artikolu 26(8) u ppubblikat mill-awtorità kompetenti skont il-punt (d) tal-Artikolu 28;

(f) 

l-entità awditjata għandha tkun tista' turi, fuq talba, lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 20 li l-proċedura tal-għażla twettqet b'mod ġust.

Il-kumitat tal-awditjar għandu jkun responsabbli għall-proċedura tal-għażla msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 20(1) għandha tippubblika lista tal-awdituri statutorji jew tad-ditti tal-awditjar ikkonċernati li għandha tiġi aġġornata fuq bażi annwali. L-awtorità kompetenti għandha tuża l-informazzjoni pprovduta mill-awdituri statutorji u mid-ditti tal-awditjar skont l-Artikolu 14 sabiex tagħmel il-kalkoli rilevanti.

Artikolu 16 4.
Entitajiet ta' interess pubbliku li jilħqu l-kriterji stabbiliti fil-punti (f) u (t) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ) ma għandhomx ikunu mitluba japplikaw il-proċedura tal-għażla msemmija fil-paragrafu 3.
Artikolu 16 5.
Il-proposta għal-laqgħa ġenerali tal-partijiet interessati jew tal-membri tal-entità awditjata għall-ħatra ta' awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar għandha tinkludi r-rakkomandazzjoni u l-preferenza msemmija fil-paragrafu 2 li tkun saret mill-kumitat tal-awditjar jew mill-korp li jwettaq funzjonijiet ekwivalenti.

Jekk il-proposta titbiegħed mill-preferenza tal-kumitat tal-awditjar, il-proposta għandha tiġġustifika r-raġunijiet għalfejn ma ġietx segwita r-rakkomandazzjoni tal-kumitat tal-awditjar. Madankollu, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awdituri rrakkomandati mill-bord amministrattiv jew superviżorju jridu jkunu pparteċipaw fil-proċedura tal-għażla deskritta fil-paragrafu 3. Dan is-subparagrafu ma għandux tapplika fejn il-funzjonijiet tal-kumitat tal-awditjar jitwettqu mill-korp amministrattiv jew superviżorju.

Artikolu 16 6.
Kwalunkwe klawżola kuntrattwali konluża bejn l-entità ta' interess pubbliku u l-parti terza li tirrestrinġi l-għażla tal-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti jew tal-memrbi ta' dik l-entità, kif imsemmi fl-Artikolu 37 tad-Direttiva 2006/43/KE għal ċerti kategoriji jew listi ta' awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar, fir-rigward tal-ħatra ta' awditur statutorju jew ditta tal-awditjar partikolari sabiex iwettqu l-awditjar statutorju ta' dik l-entità għandha tkun nulla u bla effett.

L-entità ta' interess pubbliku għandha tinforma direttament u bla dewmien lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 20 dwar kwalunkwe tentattiv minn parti terza sabiex timponi klawżola kuntrattwali bħal din jew sabiex tinfluwenza b'mod mhux xieraq id-deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti jew tal-membri dwar l-għażla ta' awditur statutorju jew ta' ditta tal-awditjar.

Artikolu 16 7.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li numru minimu ta' awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar jinħatru mill-entitajiet ta' interess pubbliku f'ċerti ċirkostanzi u jistabbilixxu l-kondizzjonijiet li jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn l-awdituri statutorji jew id-ditti tal-awditjar maħtura.

Jekk Stat Membru jistabbilixxi xi rekwiżit bħal dan, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Superviżorja Ewropea rilevanti tiegħu.

Artikolu 16 8.
Meta l-entità awditjata jkollha kumitat tan-nomina li fih l-azzjonisti jew il-membri jkollhom influwenza konsiderevoli u li jkollu l-kompitu li jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar l-għażla ta' awdituri, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-kumitat tan-nomina jwettaq il-funzjonijiet tal-kumitat tal-awditjar li huma stabbiliti f'dan l-Artikolu u jirrikjeduh li jippreżenta r-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 lil-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti jew membri

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0537
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.