+Artikolu 16 3.

Artikolu 16 3.

Sakemm ma tikkonċernax it-tiġdid ta' inkarigu tal-awditjar skont l-Artikolu 17(1) u 17(2), ir-rakkomandazzjoni tal-kumitat tal-awditjar imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha titħejja wara proċedura tal-għażla organizzata mill-entità awditjata li tirrispetta l-kriterji li ġejjin:

(a) 

l-entità awditjata għandha tkun libera li tistieden kwalunkwe awditur statutorju jew ditta tal-awditjar sabiex jissottomettu proposti għall-forniment tas-servizz tal-awditjar statutorju bil-kondizzjoni li jiġi rispettat l-Artikolu 17(3) u li l-organizzazzjoni tal-proċess tas-sejħa għal offerti ma jipprekludi bl-ebda mod il-parteċipazzjoni fil-proċedura tal-għażla ta' ditti li rċevew inqas minn 15 % tat-tariffi tal-awditjar totali minn entitajiet ta' interess pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat fis-sena kalendarja ta' qabel;

(b) 

l-entità awditjata għandha tħejji d-dokumenti tal-offerta għall-attenzjoni tal-awdituri statutorji jew tad-ditti tal-awditjar mistiedna. Dawn id-dokumenti tal-offerta għandhom jippermettulhom jifhmu n-negozju tal-entità awditjata u t-tip ta' awditjar statutorju li għandu jsir. Id-dokumenti tal-offerta għandu jkun fihom kriterji tal-għażla trasparenti u mhux diskriminatorji li għandhom jintużaw mill-entità awditjata sabiex jiġu evalwati l-proposti li jsiru mill-awdituri statutorji jew mid-ditti tal-awditjar;

(c) 

l-entità awditjata għandha tkun libera li tiddetermina l-proċedura tal-għażla u tista' twettaq negozjati diretti mal-offerenti interessati matul il-proċedura;

(d) 

fejn, skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 20, jitolbu lill-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar jikkonformaw ma' ċerti standards tal-kwalità, dawn l-istandards għandhom jiġu inklużi fid-dokumenti tal-offerta;

(e) 

l-entità awditjata għandha tevalwa l-proposti li jsiru mill-awdituri statutorji jew mid-ditti tal-awditjar skont il-kriterji tal-għażla predefiniti fid-dokumenti tal-offerta. L-entità awditjata għandha tħejji rapport dwar il-konklużjonijiet tal-proċedura tal-għażla, li għandhom jiġu vvalidati mill-kumitat tal-awditjar. L-entità awditjata u l-kumitat tal-awditjar għandhom jieħdu f'kunsiderazzjoni kwalunkwe sejba jew konklużjoni ta' kwalunkwe rapport ta' ispezzjoni fuq l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar applikanti msemmija fl-Artikolu 26(8) u ppubblikat mill-awtorità kompetenti skont il-punt (d) tal-Artikolu 28;

(f) 

l-entità awditjata għandha tkun tista' turi, fuq talba, lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 20 li l-proċedura tal-għażla twettqet b'mod ġust.

Il-kumitat tal-awditjar għandu jkun responsabbli għall-proċedura tal-għażla msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 20(1) għandha tippubblika lista tal-awdituri statutorji jew tad-ditti tal-awditjar ikkonċernati li għandha tiġi aġġornata fuq bażi annwali. L-awtorità kompetenti għandha tuża l-informazzjoni pprovduta mill-awdituri statutorji u mid-ditti tal-awditjar skont l-Artikolu 14 sabiex tagħmel il-kalkoli rilevanti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0537
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.