|
+Artikolu 23 3. |
Artikolu 23 3.Is-setgħat imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jinkludu tal-inqas is-setgħa li:
(a)
jkollhom aċċess għad-data relatata mal-awditu statutorju jew għal dokumenti oħra f'idejn l-awdituri statutorji jew id-ditti tal-awditjar fi kwalunkwe forma rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħhom u sabiex jirċievu jew jieħdu kopja tagħhom;
(b)
jiksbu informazzjoni relatata mal-awditu statutorju minn kwalunkwe persuna;
(c)
iwettqu ispezzjonijiet fuq il-post ta' awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar;
(d)
jirreferu kwistjonijiet għall-prosekuzzjoni kriminali;
(e)
jitolbu lill-esperti biex iwettqu verifiki jew investigazzjonijiet;
(f)
jieħdu l-miżuri u jimponu s-sanzjonijiet amministrattivi msemmija fl-Artikolu 30a tad-Direttiva 2006/43/KE. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw is-setgħat imsemmija fl-ewwel subparagrafu iżda biss fir-rigward ta'
(a)
awdituri statutorji u ditti tal-awditjar li jagħmlu awditu statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku;
(b)
persuni involuti fl-attivitajiet tal-awdituri statutorji u tad-ditti tal-awditjar li jagħmlu awditu statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku;
(c)
entitajiet ta' interess pubbliku awditjati, l-affiljati tagħhom u l-partijiet terzi relatati magħhom;
(d)
partijiet terzi li l-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar li jagħmlu awditu statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku esternalizzaw ċerti funzjonijiet jew attivitajiet lilhom; u
(e)
persuni relatati jew marbutin b'xi mod ieħor mal-awdituri statutorji u mad-ditti tal-awditjar li jagħmlu awditu statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|