+Artikolu 8 Trasparenza ta’ impriżi f’dikjarazzjonijiet mhux finanzjarji
---+Artikolu 8 1
---+Artikolu 8 2
---+Artikolu 8 3
---+Artikolu 8 4

Artikolu 8 Trasparenza ta’ impriżi f’dikjarazzjonijiet mhux finanzjarji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1

1.   Kwalunkwe impriża li hija soġġetta għal obbligu li tippubblika informazzjoni mhux finanzjarja taħt l-Artikolu 19a jew l-Artikolu 29a tad-Direttiva 2013/34/UE għandha tinkludi fid-dikjarazzjoni mhux finanzjarja tagħha jew fid-dikjarazzjoni mhux finanzjarja kkonsolidata tagħha informazzjoni dwar kif u sa liema punt l-attivitajiet tal-impriża huma assoċjati ma’ attivitajiet ekonomiċi li jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli taħt l-Artikoli 3 u 9 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 8 2

2.   B’mod partikolari, l-impriżi mhux finanzjarji għandhom jiddivulgaw dan li ġej:

(a)

il-proporzjon tal-fatturat tagħhom derivat minn prodotti jew servizzi assoċjati ma’ attivitajiet ekonomiċi li jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli taħt l-Artikoli 3 u 9; u

(b)

il-proporzjon tan-nefqa kapitali tagħhom u l-proporzjon tan-nefqa operattiva tagħhom relatati ma’ assi jew proċessi assoċjati ma’ attivitajiet ekonomiċi li jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli taħt l-Artikoli 3 u 9.

Artikolu 8 3

3.   Jekk impriża tippubblika informazzjoni mhux finanzjarja taħt l-Artikolu 19a jew l-Artikolu 29a tad-Direttiva 2013/34/UE f’rapport separat f’konformità mal-Artikolu 19a(4) jew mal-Artikolu 29a(4) ta’ dik id-Direttiva, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi ppubblikata f’dak ir-rapport separat.

Artikolu 8 4

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplimenta l-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu biex tispeċifika l-kontenut u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata f’konformità ma’ dawk il-paragrafi, inkluża l-metodoloġija li għandha tintuża għall-konformità magħhom, filwaqt li tqis l-ispeċifiċitajiet kemm tal-impriżi finanzjarji kif ukoll ta’ dawk mhux finanzjarji u l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti taħt dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tadotta dak l-att delegat sal-1 ta’ Ġunju 2021.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R0852
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.