Artikolu 6
Trasparenza ta’ prodotti finanzjarji li jippromwovu karatteristiċi ambjentali f’divulgazzjonijiet prekuntrattwali u f’rapporti perjodiċi
Fejn prodott finanzjarju kif imsemmi fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2019/2088 jippromwovi karatteristiċi ambjentali, għandu japplika, mutatis mutandis, l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament.
L-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata f’konformità mal-Artikoli 6(3) u 11(2) tar-Regolament (UE) 2019/2088 għandha tkun akkumpanjata mid-dikjarazzjoni li ġejja:
"Il-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti" japplika biss għal dawk l-investimenti sottostanti għall-prodott finanzjarju li jieħdu kont tal-kriterji tal-UE għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli.
L-investimenti sottostanti għall-porzjon li jifdal ta’ dan il-prodott finanzjarju ma jiħdux kont tal-kriterji tal-UE għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli.”.