2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, attività ekonomika li għaliha ma hemm l-ebda alternattiva teknoloġikament u ekonomikament vijabbli b’livell baxx ta’ karbonju għandha tikkwalifika bħala li tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima fejn din tappoġġa t-transizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima konsistentement ma’ perkors li jillimita ż-żieda fit-temperatura għal 1,5 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali, inkluż bit-tneħħija gradwali tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, b’mod partikolari emissjonijiet minn karburanti fossili solidi, u fejn dik l-attività:
|
(a)
|
ikollha livelli ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jikkorrispondu għall-aħjar prestazzjoni fis-settur jew fl-industrija;
|
|
(b)
|
ma tfixkilx l-iżvilupp u l-użu ta’ alternattivi b’livell baxx ta’ karbonju; u
|
|
(c)
|
ma twassalx għal intrappolament ta’ assi b’livell għoli ta’ karbonju, meta titqies il-ħajja ekonomika ta’ dawk l-assi.
|
Għall-fini ta’ dan il-paragrafu u għall-istabbiliment ta’ kriterji tekniċi ta’ skrinjar skont l-Artikolu 19, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-kontribut potenzjali u l-fattibbiltà tat-teknoloġiji eżistenti rilevanti kollha.