+Artikolu 10 Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima
---+Artikolu 10 1
---+Artikolu 10 2
---+Artikolu 10 3
---+Artikolu 10 4
---+Artikolu 10 5
---+Artikolu 10 6
|
Artikolu 10 Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1
|
1. Attività ekonomika għandha tikkwalifika bħala li tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima fejn dik l-attività tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-istabbilizzazzjoni tal-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet serra fl-atmosfera f’livell li jipprevjeni interferenza antropoġenika perikoluża fis-sistema tal-klima li jkun konsistenti mal-mira fit-tul tat-temperatura tal-Ftehim ta’ Pariġi billi jiġu evitati jew imnaqqsa l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jew billi jiżdiedu l-assorbimenti tal-gassijiet serra, inkluż permezz ta’ innovazzjonijiet tal-proċess jew innovazzjonijiet tal-prodott, permezz ta’:
|
(a)
|
il-ġenerazzjoni, it-trasmissjoni, il-ħażna, id-distribuzzjoni jew l-użu ta’ enerġija rinnovabbli skont id-Direttiva (UE) 2018/2001, inkluż permezz tal-użu ta’ teknoloġija innovattiva li jkollha l-potenzjal għal tfaddil sinifikanti fil-futur jew permezz ta’ tisħiħ jew l-estensjoni meħtieġa tal-grilja;
|
|
(b)
|
it-titjib tal-effiċjenza enerġetika ħlief għall-attivitajiet ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija kif imsemmija fl-Artikolu 19(3);
|
|
(c)
|
żieda fil-mobbiltà nadifa jew newtrali għall-klima;
|
|
(d)
|
bidla fl-użu għal dak ta’ materjali rinnovabbli minn sorsi rinnovabbli;
|
|
(e)
|
żieda fl-użu ta’ teknoloġiji ta’ ġbir u użu tal-karbonju li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent (CCU, carbon capture and utilisation) u teknoloġiji tal-ġbir u l-ħżin tal-karbonju (CCS, carbon capture and storage) li jwasslu għal tnaqqis nett fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra;
|
|
(f)
|
it-tisħiħ ta’ bjar tal-karbonju fl-art, inkluż permezz tal-evitar tad-deforestazzjoni u tad-degradazzjoni tal-foresti, ir-restawr tal-foresti, il-ġestjoni sostenibbli u r-restawr tar-raba’, tal-bwar u artijiet mistagħdra, l-afforestazzjoni, u l-agrikoltura riġenerattiva;
|
|
(g)
|
l-istabbiliment ta’ infrastruttura tal-enerġija meħtieġa biex tkun iffaċilitata d-dekarbonizzazzjoni ta’ sistemi tal-enerġija;
|
|
(h)
|
il-produzzjoni ta’ fjuwils nodfa u effiċjenti minn sorsi rinnovabbli u newtrali għall-karbonju; jew
|
|
(i)
|
il-faċilitazzjoni ta’ kwalunkwe waħda mill-attivitajiet elenkati fil-punti (a) sa (h) ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 16.
|
|
|
Artikolu 10 2
|
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, attività ekonomika li għaliha ma hemm l-ebda alternattiva teknoloġikament u ekonomikament vijabbli b’livell baxx ta’ karbonju għandha tikkwalifika bħala li tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima fejn din tappoġġa t-transizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima konsistentement ma’ perkors li jillimita ż-żieda fit-temperatura għal 1,5 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali, inkluż bit-tneħħija gradwali tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, b’mod partikolari emissjonijiet minn karburanti fossili solidi, u fejn dik l-attività:
|
(a)
|
ikollha livelli ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jikkorrispondu għall-aħjar prestazzjoni fis-settur jew fl-industrija;
|
|
(b)
|
ma tfixkilx l-iżvilupp u l-użu ta’ alternattivi b’livell baxx ta’ karbonju; u
|
|
(c)
|
ma twassalx għal intrappolament ta’ assi b’livell għoli ta’ karbonju, meta titqies il-ħajja ekonomika ta’ dawk l-assi.
|
Għall-fini ta’ dan il-paragrafu u għall-istabbiliment ta’ kriterji tekniċi ta’ skrinjar skont l-Artikolu 19, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-kontribut potenzjali u l-fattibbiltà tat-teknoloġiji eżistenti rilevanti kollha.
|
|
Artikolu 10 3
|
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 23 biex:
|
(a)
|
tissupplimenta l-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu billi tistabbilixxi kriterji tekniċi ta’ skrinjar biex jiġi determinat taħt liema kundizzjonijiet attività ekonomika speċifika tikkwalifika bħala li tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima; u
|
|
(b)
|
tissupplimenta l-Artikolu 17 billi tistabbilixxi, għal kull objettiv ambjentali rilevanti, kriterji tekniċi ta’ skrinjar biex jiġi determinat jekk attività ekonomika, li fir-rigward tagħha jkunu ġew stabbiliti kriterji tekniċi ta’ skrinjar taħt il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, tikkawżax ħsara sinifikanti lil wieħed jew aktar minn dawk l-objettivi.
|
|
|
Artikolu 10 4
|
4. Qabel ma jiġi adottat l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Pjattaforma msemmija fl-Artikolu 20 fir-rigward tal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 10 5
|
5. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu f’att delegat wieħed, b’mod li jitqiesu r-rekwiżiti fl-Artikolu 19.
|
|
Artikolu 10 6
|
6. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 3 sal-31 ta’ Diċembru 2020, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni tiegħu mill-1 ta’ Jannar 2022.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.06.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R0852
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|