+Artikolu 11 Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima
---+Artikolu 11 1
---+Artikolu 11 2
---+Artikolu 11 3
---+Artikolu 11 4
---+Artikolu 11 5
---+Artikolu 11 6
|
Artikolu 11 Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1
|
1. Attività ekonomika għandha tikkwalifika bħala li tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima fejn dik l-attività:
|
(a)
|
tinkludi soluzzjonijiet ta’ adattament li jew inaqqsu sostanzjalment ir-riskju tal-impatt negattiv tal-klima attwali u l-klima futura mistennija fuq dik l-attività ekonomika jew inaqqsu sostanzjalment dak l-impatt negattiv, mingħajr ma jiżdied ir-riskju ta’ impatt negattiv fuq persuni, natura jew assi; jew
|
|
(b)
|
tipprovdi soluzzjonijiet ta’ adattament li, barra milli jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16, jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għall-prevenzjoni jew it-tnaqqis tar-riskju tal-impatt negattiv tal-klima attwali u l-klima futura mistennija fuq persuni, natura jew assi, mingħajr ma jiżdied ir-riskju ta’ impatt negattiv fuq persuni, natura jew assi oħra.
|
|
|
Artikolu 11 2
|
2. Is-soluzzjonijiet ta’ adattament imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom jiġu vvalutati u klassifikati f’ordni ta’ prijorità bl-użu tal-aħjar projezzjonijiet klimatiċi disponibbli u għandhom, bħala minimu, jipprevjenu jew inaqqsu:
|
(a)
|
l-impatt negattiv, speċifiku għall-post u speċifiku għall-kuntest, tat-tibdil fil-klima fuq l-attività ekonomika; jew
|
|
(b)
|
l-impatt negattiv potenzjali tat-tibdil fil-klima fuq l-ambjent li fih isseħħ l-attività ekonomika.
|
|
|
Artikolu 11 3
|
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 23 biex:
|
(a)
|
tissupplimenta l-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu billi tistabbilixxi kriterji tekniċi ta’ skrinjar biex jiġi determinat taħt liema l-kundizzjonijiet attività ekonomika speċifika tikkwalifika bħala li tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima; u
|
|
(b)
|
tissupplimenta l-Artikolu 17 billi tistabbilixxi, għal kull objettiv ambjentali rilevanti, kriterji tekniċi ta’ skrinjar biex jiġi determinat jekk attività ekonomika, li fir-rigward tagħha jkunu ġew stabbiliti kriterji ta’ skrinjar taħt il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, tikkawżax ħsara sinifikanti lil wieħed jew aktar minn dawk l-objettivi.
|
|
|
Artikolu 11 4
|
4. Qabel ma jiġi adottat l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Pjattaforma msemmija fl-Artikolu 20 fir-rigward tal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 11 5
|
5. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu f’att delegat wieħed, b’mod li jitqiesu r-rekwiżiti fl-Artikolu 19.
|
|
Artikolu 11 6
|
6. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 3 sal-31 ta’ Diċembru 2020, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni tiegħu mill-1 ta’ Jannar 2022.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.06.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R0852
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|