+Artikolu 12 Kontribut sostanzjali għall-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar
---+Artikolu 12 1
---+Artikolu 12 2
---+Artikolu 12 3
---+Artikolu 12 4
---+Artikolu 12 5

Artikolu 12 Kontribut sostanzjali għall-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12 1

1.   Attività ekonomika għandha tikkwalifika bħala li tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar fejn dik l-attività jew tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-kisba tal-istatus tajjeb ta’ korpi tal-ilma, inklużi korpi tal-ilmijiet tal-wiċċ u ta’ taħt l-art jew biex jiġi evitat id-deterjorament ta’ korpi tal-ilma li diġà jkunu fi stat tajjeb, jew tikkontribwixxi b’mod sostanzjali biex jinkiseb l-istatus ambjentali tajjeb ta’ ilmijiet marini jew biex jiġi evitat id-deterjorament ta’ ilmijiet marini li diġà jkunu fi stat ambjentali tajjeb, billi:

(a)

jkun protett l-ambjent mill-effetti negattivi tal-iskariki ta’ ilma skart, urban u industrijali, inkluż minn kontaminanti ta’ tħassib emerġenti bħall-farmaċewtiċi u l-mikroplastiċi, pereżempju billi jiġi żgurat il-ġbir, trattament u skariku adegwati tal-ilma skart urban u industrijali;

(b)

tkun protetta s-saħħa tal-bniedem mill-impatt negattiv ta’ kwalunkwe kontaminazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem billi jiġi żgurat li jkun ħieles minn kwalunkwe mikroorganiżmu, parassita u sustanza li jikkostitwixxu periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem kif ukoll billi jiżdied l-aċċess, lill-pubbliku, għall-ilma tax-xorb nadif;

(c)

jittejbu l-ġestjoni u l-effiċjenza fir-rigward tal-użu tal-ilma, inkluż bil-protezzjoni u t-titjib tal-istatus tal-ekosistemi akkwatiċi, bil-promozzjoni tal-użu sostenibbli tal-ilma permezz tal-protezzjoni fit-tul tar-riżorsi tal-ilma disponibbli, inter alia permezz ta’ miżuri bħall-użu mill-ġdid tal-ilma, billi jiġi żgurat it-tnaqqis progressiv tal-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa fl-ilma tal-wiċċ u fl-ilma ta’ taħt l-art, b’kontribut għall-mitigazzjoni tal-effetti tal-għargħar u n-nixfiet, jew permezz ta’ kwalunkwe attività oħra li tipproteġi jew li ttejjeb l-istatus kwalitattiv u kwantitattiv tal-korpi tal-ilma;

(d)

jiġi żgurat l-użu sostenibbli tas-servizzi tal-ekosistema tal-baħar jew jingħata kontribut għall-istatus ambjentali tajjeb tal-ilmijiet marini, inkluż permezz tal-protezzjoni, il-preservazzjoni jew ir-restawr tal-ambjent tal-baħar u billi jiġu prevenuti jew jitnaqqsu l-inputs fl-ambjent tal-baħar; jew

(e)

tkun faċilitata kwalunkwe waħda mill-attivitajiet elenkati fil-punti (a) sa (d) ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 16.

Artikolu 12 2

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 23 biex:

(a)

tissupplimenta l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu billi tistabbilixxi kriterji tekniċi ta’ skrinjar biex jiġi determinat taħt liema kundizzjonijiet attività ekonomika speċifika tikkwalifika bħala li tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar; u

(b)

tissupplimenta l-Artikolu 17 billi tistabbilixxi, għal kull objettiv ambjentali rilevanti, kriterji tekniċi ta’ skrinjar biex jiġi determinat jekk attività ekonomika, li fir-rigward tagħha jkunu ġew stabbiliti kriterji ta’ skrinjar taħt il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, tikkawżax ħsara sinifikanti lil wieħed jew aktar minn dawk l-objettivi.

Artikolu 12 3

3.   Qabel ma jiġi adottat l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Pjattaforma msemmija fl-Artikolu 20 fir-rigward tal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 12 4

4.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu f’att delegat wieħed, b’mod li jitqiesu r-rekwiżiti fl-Artikolu 19.

Artikolu 12 5

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 sal-31 ta’ Diċembru 2021, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni tiegħu mill-1 ta’ Jannar 2023.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R0852
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.