+Artikolu 13 Kontribut sostanzjali għat-transizzjoni lejn ekonomija ċirkolari
---+Artikolu 13 1
---+Artikolu 13 2
---+Artikolu 13 3
---+Artikolu 13 4
---+Artikolu 13 5

Artikolu 13 Kontribut sostanzjali għat-transizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1

1.   Attività ekonomika għandha tikkwalifika bħala li tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għat-transizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, inklużi l-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart, fejn dik l-attività:

(a)

tuża riżorsi naturali, inklużi materja prima b’bażi bijoloġika u materja prima oħra miksuba b’mod sostenibbli, fil-produzzjoni b’mod aktar effiċjenti, inkluż permezz ta’:

(i)

it-tnaqqis tal-użu ta’ materja prima primarja jew iż-żieda fl-użu ta’ prodotti sekondarji u materja prima sekondarja; jew

(ii)

miżuri għall-użu effiċjenti ta’ riżorsi u enerġija;

(b)

iżżid id-durabbiltà, ir-riparabbiltà, il-kapaċità ta’ titjib fil-kwalità jew il-kapaċità ta’ użu mill-ġdid tal-prodotti, b’mod partikolari f’attivitajiet ta’ tfassil u ta’ manifattura;

(c)

iżżid il-kapaċità ta’ riċiklaġġ tal-prodotti, inkluża r-riċiklabbiltà ta’ materjali individwali inklużi f’dawk il-prodotti, fost l-oħrajn permezz ta’ sostituzzjoni jew tnaqqis fl-użu ta’ prodotti u materjali li mhumiex riċiklabbli b’mod partikolari f’attivitajiet ta’ tfassil u ta’ manifattura;

(d)

b’mod sostanzjali tnaqqas il-kontenut ta’ sustanzi perikolużi u tissostitwixxi sustanzi ta’ tħassib serju ħafna f’materjali u prodotti matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, f’konformità mal-objettivi stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni, inkluż billi tali sustanzi jiġu sostitwiti b’alternattivi aktar sikuri u billi tiġi żgurata t-traċċabbiltà;

(e)

testendi l-użu ta’ prodotti, inkluż permezz tal-użu mill-ġdid, disinn għal-lonġevità, skop ġdid, żarmar, manifatturar mill-ġdid, titjib u tiswija, u l-kondiviżjoni ta’ prodotti;

(f)

iżżid l-użu ta’ materji primi sekondarji u l-kwalità tagħhom, inkluż permezz ta’ riċiklaġġ ta’ kwalità għolja tal-iskart;

(g)

tipprevjeni jew tnaqqas il-ġenerazzjoni tal-iskart, inkluża l-ġenerazzjoni tal-iskart mill-estrazzjoni ta’ minerali u tal-iskart mill-kostruzzjoni u t-twaqqigħ tal-bini;

(h)

iżżid it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart;

(i)

iżżid l-iżvilupp tal-infrastruttura tal-ġestjoni tal-iskart meħtieġa għall-prevenzjoni, għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, filwaqt li jiġi żgurat li l-materjali rkuprati jiġu riċiklati bħala input ta’ materja prima sekondarja ta’ kwalità għolja fil-produzzjoni, biex b’hekk jiġi evitat id-downcycling;

(j)

tnaqqas għall-minimu l-inċinerazzjoni tal-iskart u tevita r-rimi tal-iskart, inkluż il-landfilling, f’konformità mal-prinċipji tal-ġerarkija tal-iskart;

(k)

tevita u tnaqqas iż-żibel; jew

(l)

tiffaċilita kwalunkwe waħda mill-attivitajiet elenkati fil-punti (a) sa (k) ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 16.

Artikolu 13 2

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 23 biex:

(a)

tissupplimenta l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu billi tistabbilixxi kriterji tekniċi ta’ skrinjar biex jiġi determinat taħt liema kundizzjonijiet attività ekonomika speċifika tikkwalifika bħala li tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għat-transizzjoni lejn ekonomija ċirkolari; u

(b)

tissupplimenta l-Artikolu 17 billi tistabbilixxi, għal kull objettiv ambjentali rilevanti, kriterji tekniċi ta’ skrinjar biex jiġi determinat jekk attività ekonomika, li fir-rigward tagħha jkunu ġew stabbiliti kriterji ta’ skrinjar taħt il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, tikkawżax ħsara sinifikanti lil wieħed jew aktar minn dawk l-objettivi.

Artikolu 13 3

3.   Qabel ma jiġi adottat l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Pjattaforma msemmija fl-Artikolu 20 fir-rigward tal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 13 4

4.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu f’att delegat wieħed, b’mod li jitqiesu r-rekwiżiti fl-Artikolu 19.

Artikolu 13 5

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu sal-31 ta’ Diċembru 2021, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni tiegħu mill-1 ta’ Jannar 2023.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R0852
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.