+Artikolu 14 Kontribut sostanzjali għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis
---+Artikolu 14 1
---+Artikolu 14 2
---+Artikolu 14 3
---+Artikolu 14 4
---+Artikolu 14 5

Artikolu 14 Kontribut sostanzjali għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 1

1.   Attività ekonomika għandha tikkwalifika bħala li tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis fejn dik l-attività tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għal protezzjoni ambjentali mit-tniġġis permezz ta’:

(a)

il-prevenzjoni jew, fejn din ma tkunx prattika, it-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa fl-arja, fl-ilma jew fl-art, barra mill-gassijiet serra;

(b)

it-titjib tal-livelli tal-kwalità tal-arja, tal-ilma jew tal-ħamrija fiż-żoni li fihom isseħħ l-attività ekonomika filwaqt li jitnaqqas għall-minimu kwalunkwe impatt negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent jew kwalunkwe riskju ta’ dan;

(c)

il-prevenzjoni jew it-tnaqqis għall-minimu ta’ kwalunkwe impatt negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent tal-produzzjoni, l-użu jew ir-rimi ta’ prodotti kimiċi;

(d)

it-tindif ta’ żibel u ta’ forom oħra ta’ tniġġis; jew

(e)

il-faċilitazzjoni ta’ kwalunkwe waħda mill-attivitajiet elenkati fil-punti (a) sa (d) ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 16.

Artikolu 14 2

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 23 biex:

(a)

tissupplimenta l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu billi tistabbilixxi kriterji tekniċi ta’ skrinjar biex jiġi determinat taħt liema kundizzjonijiet attività ekonomika speċifika tikkwalifika bħala li tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis; u

(b)

tissupplimenta l-Artikolu 17 billi tistabbilixxi, għal kull objettiv ambjentali rilevanti, kriterji tekniċi ta’ skrinjar biex jiġi determinat jekk attività ekonomika, li fir-rigward tagħha jkunu ġew stabbiliti kriterji ta’ skrinjar taħt il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, tikkawżax ħsara sinifikanti lil wieħed jew aktar minn dawk l-objettivi.

Artikolu 14 3

3.   Qabel ma jiġi adottat l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Pjattaforma msemmija fl-Artikolu 20 fir-rigward tal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 14 4

4.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu f’att delegat wieħed, b’mod li jitqiesu r-rekwiżiti fl-Artikolu 19.

Artikolu 14 5

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu sal-31 ta’ Diċembru 2021, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni tiegħu mill-1 ta’ Jannar 2023.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R0852
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.