+Artikolu 17 Ħsara sinifikanti għall-objettivi ambjentali
---+Artikolu 17 1
---+Artikolu 17 2

Artikolu 17 Ħsara sinifikanti għall-objettivi ambjentali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 17 1

1.   Għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 3, b’kunsiderazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti u tas-servizzi pprovduti minn attività ekonomika, inkluża evidenza minn valutazzjonijiet eżistenti taċ-ċiklu tal-ħajja, dik l-attività ekonomika għandha titqies li tagħmel ħsara sinifikanti:

(a)

lill-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, fejn dik l-attività twassal għal emissjonijiet sinifikanti ta’ gassijiet serra;

(b)

lill-adattament għat-tibdil fil-klima, fejn dik l-attività twassal għal impatt aktar negattiv fuq il-klima attwali u l-klima mistennija fil-futur, fuq l-attività stess jew fuq persuni, natura jew assi;

(c)

lill-użu sostenibbli u l-protezzjoni ta’ riżorsi tal-ilma u tal-baħar, fejn dik l-attività tkun ta’ detriment:

(i)

għall-istatus tajjeb jew għall-potenzjal ekoloġiku tajjeb ta’ korpi tal-ilma, inklużi ilma tal-wiċċ u ilma ta’ taħt l-art; jew

(ii)

għall-istatus ambjentali tajjeb tal-ilmijiet marini;

(d)

lill-ekonomija ċirkolari, inklużi l-prevenzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart, fejn:

(i)

dik l-attività twassal għal ineffiċjenzi sinifikanti fl-użu tal-materjali jew fl-użu dirett jew indirett ta’ riżorsi naturali bħal sorsi ta’ enerġija mhux rinnovabbli, materja prima, ilma u art f’wieħed jew aktar stadji taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodotti, inkluż f’termini ta’ durabbiltà, riparabbiltà, kapaċità ta’ titjib fil-kwalità, kapaċità ta’ użu mill-ġdid jew riċiklabbiltà ta’ prodotti;

(ii)

dik l-attività twassal għal żieda sinifikanti fil-ġenerazzjoni, fl-inċinerazzjoni jew fir-rimi tal-iskart, bl-eċċezzjoni tal-inċinerazzjoni ta’ skart perikoluż mhux riċiklabbli; jew

(iii)

ir-rimi fit-tul tal-iskart jista’ jikkawża ħsara sinifikanti u fit-tul lill-ambjent;

(e)

lill-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis, fejn dik l-attività twassal għal żieda sinifikanti fl-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa fl-arja, fl-ilma jew fl-art, meta mqabbla mas-sitwazzjoni qabel ma tkun bdiet din l-attività; jew

(f)

lill-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi, fejn dik l-attività tkun:

(i)

detrimentali b’mod sinifikanti għall-kundizzjoni tajba u r-reżiljenza tal-ekosistemi; jew

(ii)

detrimentali għall-istat ta’ konservazzjoni ta’ ħabitats u speċijiet, inklużi dawk ta’ interess għall-Unjoni.

Artikolu 17 2

2.   Meta tiġi vvalutata attività ekonomika taħt il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1, għandhom jitqiesu kemm l-impatt ambjentali tal-attività stess kif ukoll l-impatt ambjentali tal-prodotti u s-servizzi pprovduti minn dik l-attività matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, b’mod partikolari billi jitqiesu l-produzzjoni, l-użu u t-tmiem tal-ħajja ta’ dawk il-prodotti u servizzi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R0852
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.