+Artikolu 19 Rekwiżiti għal kriterji tekniċi ta’ skrinjar
---+Artikolu 19 1
---+Artikolu 19 2
---+Artikolu 19 3
---+Artikolu 19 4
---+Artikolu 19 5

Artikolu 19 Rekwiżiti għal kriterji tekniċi ta’ skrinjar

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 19 1

1.   Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti taħt l-Artikoli 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) u 15(2) għandhom:

(a)

jidentifikaw l-aktar kontributi potenzjali rilevanti għall-objettiv ambjentali partikolari filwaqt li jiġi rispettat il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika, filwaqt li jitqiesu kemm l-impatt fuq perijodu qasir kif ukoll dak fit-tul ta’ attività ekonomika partikolari;

(b)

jispeċifikaw ir-rekwiżiti minimi li jridu jiġu ssodisfati biex tiġi evitata ħsara sinifikanti lil kwalunkwe wieħed mill-objettivi ambjentali rilevanti, filwaqt li jitqiesu kemm l-impatt fuq perijodu qasir kif ukoll dak fit-tul ta’ attività ekonomika partikolari;

(c)

ikunu kwantitattivi u kemm jista’ jkun jinkludu limiti, u b’mod ieħor ikunu kwalitattivi;

(d)

fejn xieraq, jibnu fuq l-iskemi tal-Unjoni ta’ tikkettar u ċertifikazzjoni, fuq metodoloġiji tal-Unjoni għall-valutazzjoni tal-impronta ambjentali, u fuq is-sistemi tal-Unjoni ta’ klassifikazzjoni statistika, u jieħdu kont ta’ kull leġislazzjoni eżistenti rilevanti tal-Unjoni;

(e)

fejn ikun fattibbli, jużaw indikaturi ta’ sostenibbiltà kif imsemmi fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (UE) 2019/2088;

(f)

ikunu bbażati fuq evidenza xjentifika konklużiva u l-prinċipju ta’ prekawzjoni stabbilit fl-Artikolu 191 TFUE;

(g)

jieħdu kont taċ-ċiklu tal-ħajja, inkluża l-evidenza mill-valutazzjonijiet eżistenti taċ-ċiklu tal-ħajja, billi jikkunsidraw kemm l-impatt ambjentali tal-attività ekonomika stess kif ukoll l-impatt ambjentali tal-prodotti u s-servizzi pprovduti minn dik l-attività ekonomika, partikolarment billi jitqiesu l-produzzjoni, l-użu u t-tmiem tal-ħajja ta’ dawk il-prodotti u servizzi;

(h)

jieħdu kont tan-natura u l-iskala tal-attività ekonomika, inkluż:

(i)

jekk hijiex attività ta’ faċilitazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 16; jew

(ii)

jekk hijiex attività ta’ transizzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 10(2);

(i)

jieħdu kont tal-impatt potenzjali fuq is-suq tat-transizzjoni lejn ekonomija aktar sostenibbli, inkluż ir-riskju li ċerti assi ma jibqgħux użabbli bħala riżultat ta’ tali transizzjoni, kif ukoll ir-riskju li jinħolqu inċentivi inkonsistenti għall-investiment b’mod sostenibbli;

(j)

ikopru l-attivitajiet ekonomiċi rilevanti kollha f’settur speċifiku u jiżguraw li dawk l-attivitajiet ikunu trattati b’mod ugwali jekk jikkontribwixxu b’mod ugwali għall-objettivi ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament, biex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq; u

(k)

ikunu faċli biex jintużaw u jitfasslu b’mod li jiffaċilita l-verifika tal-konformità magħhom.

Fejn l-attività ekonomika tkun tappartjeni għal xi waħda mill-kategoriji msemmija fil-punt (h), il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għandhom jindikaw dak il-fatt b’mod ċar.

Artikolu 19 2

2.   Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu wkoll kriterji għal attivitajiet relatati mat-transizzjoni lejn enerġija nadifa konsistenti ma’ perkors biex iż-żieda fit-temperatura tiġi limitata għal 1,5 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali, b’mod partikolari l-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli, sa fejn dawk l-attivitajiet jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għal kwalunkwe wieħed mill-objettivi ambjentali.

Artikolu 19 3

3.   Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiżguraw li l-attivitajiet ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija li jużaw fjuwils fossili solidi ma jikkwalifikawx bħala attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli.

Artikolu 19 4

4.   Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu wkoll kriterji għal attivitajiet relatati mal-qlib għall-mobbiltà nadifa jew newtrali għall-klima, inkluż permezz ta’ bidla modali, miżuri ta’ effiċjenza u fjuwils alternattivi, sa fejn dawk jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għal kwalunkwe wieħed mill-objettivi ambjentali.

Artikolu 19 5

5.   Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina b’mod regolari l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija fil-paragrafu 1 u, fejn ikun adatt, temenda l-atti delegati adottati taħt dan ir-Regolament f’konformità mal-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi.

F’dak il-kuntest, qabel ma temenda jew tissostitwixxi att delegat, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-implimentazzjoni ta’ dawk il-kriterji b’kont meħud tal-eżitu tal-applikazzjoni tagħhom mill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-impatt tagħhom fuq is-swieq kapitali, inkluż fuq il-kanalizzazzjoni tal-investiment lejn attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli.

Sabiex jiġi żgurat li l-attivitajiet ekonomiċi kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) jibqgħu fuq perkors kredibbli ta’ transizzjoni konsistenti ma’ ekonomija newtrali għall-klima, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għal dawk l-attivitajiet mill-inqas kull tliet snin u, fejn ikun adatt, temenda l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 10(3) f’konformità mal-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R0852
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.