+Artikolu 3 Pariri xjentifiċi dwar it-tibdil fil-klima
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 3 4.
|
Artikolu 3 Pariri xjentifiċi dwar it-tibdil fil-klima
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1.
|
Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit fl-ambitu tal-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 401/2009 (il-“Bord Konsultattiv”) għandu jservi bħala punt ta’ referenza għall-Unjoni dwar l-għarfien xjentifiku relatat mat-tibdil fil-klima minħabba l-indipendenza u l-għarfien espert xjentifiku u tekniku tiegħu.
|
|
Artikolu 3 2.
|
Il-kompiti tal-Bord Konsultattiv għandhom jinkludu:
(a)
il-kunsiderazzjoni tal-aħħar sejbiet xjentifiċi tar-rapporti tal-IPCC u d-data xjentifika dwar il-klima, b’mod partikolari fir-rigward tal-informazzjoni rilevanti għall-Unjoni;
(b)
l-għoti ta’ pariri xjentifiċi u l-ħruġ ta’ rapporti dwar miżuri eżistenti u proposti tal-Unjoni, il-miri klimatiċi u l-baġits indikattivi għall-gassijiet b’effett ta’ serra, u l-koerenza tagħhom mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament u l-impenji internazzjonali tal-Unjoni fl-ambitu tal-Ftehim ta’ Pariġi;
(c)
il-kontribut għall-iskambju ta’ għarfien xjentifiku indipendenti fil-qasam tal-immudellar, il-monitoraġġ, ir-riċerka promettenti u l-innovazzjoni li jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet jew għaż-żieda fl-assorbimenti;
(d)
l-identifikazzjoni tal-azzjonijiet u l-opportunitajiet meħtieġa biex il-miri klimatiċi tal-Unjoni jintlaħqu b’suċċess;
(e)
is-sensibilizzazzjoni dwar it-tibdil fil-klima u l-impatti tiegħu, kif ukoll l-istimolu tad-djalogu u l-kooperazzjoni bejn il-korpi xjentifiċi fl-Unjoni, li jikkomplementaw il-ħidma u l-isforzi eżistenti.
|
|
Artikolu 3 3.
|
Il-Bord Konsultattiv għandu jkun iggwidat fil-ħidma tiegħu mill-aqwa evidenza xjentifika disponibbli u dik l-aktar reċenti, inklużi l-aħħar rapporti tal-IPCC, tal-IPBES u ta’ korpi internazzjonali oħra. Għandu jsegwi proċess kompletament trasparenti u jagħmel ir-rapporti tiegħu disponibbli pubblikament. Jista’ jqis, meta tkun disponibbli, il-ħidma tal-korpi konsultattivi nazzjonali dwar il-klima kif imsemmi fil-paragrafu 4.
|
|
Artikolu 3 4.
|
Fil-kuntest tat-tisħiħ tar-rwol tax-xjenza fil-qasam tal-politika dwar il-klima, kull Stat Membru huwa mistieden jistabbilixxi korp konsultattiv nazzjonali dwar il-klima, responsabbli għall-għoti ta’ pariri xjentifiċi esperti dwar il-politika dwar il-klima lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti kif preskritt mill-Istat Membru kkonċernat. Meta Stat Membru jiddeċiedi li jistabbilixxi tali korp konsultattiv, għandu jinforma lill-EEA b’dan.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 07.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R1119
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|