|
+Artikolu 7 3. |
Artikolu 7 3.Meta jinħarġu rakkomandazzjonijiet skont il-paragrafu 2, għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin:
(a)
l-Istat Membru kkonċernat, fi żmien sitt xhur mindu jirċievi r-rakkomandazzjonijiet, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar kif biħsiebu jqis kif xieraq ir-rakkomandazzjonijiet fi spirtu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri u l-Unjoni u bejn l-Istati Membri;
(b)
wara l-preżentazzjoni tan-notifika msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, l-Istat Membru kkonċernat, fir-rapport nazzjonali integrat sussegwenti tiegħu tal-progress dwar l-enerġija u l-klima ppreżentat skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999, fis-sena wara s-sena li fiha nħarġu r-rakkomandazzjonijiet, għandu jiddeskrivi kif ikun qies kif xieraq ir-rakkomandazzjonijiet; jekk l-Istat Membru kkonċernat jiddeċiedi li ma jiħux azzjoni dwar ir-rakkomandazzjonijiet jew dwar parti sostanzjali minnhom, għandu jipprovdi r-raġunament tiegħu għal dan lill-Kummissjoni;
(c)
ir-rakkomandazzjonijiet għandhom ikunu komplementari għall-aħħar rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż maħruġa fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|