+Artikolu 7 Valutazzjoni tal-miżuri nazzjonali
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
|
Artikolu 7 Valutazzjoni tal-miżuri nazzjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1.
|
Sat-30 ta’ Settembru 2023, u kull ħames snin wara dik id-data, il-Kummissjoni għandha tivvaluta:
(a)
il-konsistenza tal-miżuri nazzjonali identifikati, abbażi tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima, l-istrateġiji nazzjonali fit-tul u r-rapporti biennali ta’ progress li jkunu ntbagħtulha skont ir-Regolament (UE) 2018/1999, kif rilevanti biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-Regolament ma’ dak l-objettiv;
(b)
il-konsistenza tal-miżuri nazzjonali rilevanti mal-iżgurar ta’ progress b’rabta mal-adattament kif imsemmi fl-Artikolu 5, filwaqt li jitqiesu l-istrateġiji nazzjonali ta’ adattament imsemmija fl-Artikolu 5(4).
Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-konklużjonijiet ta’ dik il-valutazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien mar-rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija li tkun ħejjiet fis-sena kalendarja rispettiva skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/1999.
|
|
Artikolu 7 2.
|
Meta, wara li tqis kif xieraq il-progress kollettiv li tkun ivvalutat skont l-Artikolu 6(1), il-Kummissjoni ssib li l-miżuri ta’ Stat Membru ma jkunux konsistenti mal-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1) jew ma jkunux konsistenti mal-iżgurar ta’ progress b’rabta mal-adattament kif imsemmi fl-Artikolu 5, hija tista’ tagħmel rakkomandazzjonijiet lil dak l-Istat Membru. Il-Kummissjoni għandha tagħmel tali rakkomandazzjonijiet disponibbli pubblikament.
|
|
Artikolu 7 3.
|
Meta jinħarġu rakkomandazzjonijiet skont il-paragrafu 2, għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin:
(a)
l-Istat Membru kkonċernat, fi żmien sitt xhur mindu jirċievi r-rakkomandazzjonijiet, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar kif biħsiebu jqis kif xieraq ir-rakkomandazzjonijiet fi spirtu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri u l-Unjoni u bejn l-Istati Membri;
(b)
wara l-preżentazzjoni tan-notifika msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, l-Istat Membru kkonċernat, fir-rapport nazzjonali integrat sussegwenti tiegħu tal-progress dwar l-enerġija u l-klima ppreżentat skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999, fis-sena wara s-sena li fiha nħarġu r-rakkomandazzjonijiet, għandu jiddeskrivi kif ikun qies kif xieraq ir-rakkomandazzjonijiet; jekk l-Istat Membru kkonċernat jiddeċiedi li ma jiħux azzjoni dwar ir-rakkomandazzjonijiet jew dwar parti sostanzjali minnhom, għandu jipprovdi r-raġunament tiegħu għal dan lill-Kummissjoni;
(c)
ir-rakkomandazzjonijiet għandhom ikunu komplementari għall-aħħar rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż maħruġa fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 07.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R1119
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|