+Artikolu 11 Rieżami

Artikolu 11 Rieżami

Artikolu 11

Rieżami

Fi żmien sitt xhur minn kull rendikont globali msemmi fl-Artikolu 14 tal-Ftehim ta’ Pariġi, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien mal-konklużjonijiet tal-valutazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 6 u 7 ta’ dan ir-Regolament, dwar it-tħaddim ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li tqis:

(a) 

l-aqwa evidenza xjentifika disponibbli u dik l-aktar reċenti, inklużi l-aħħar rapporti tal-IPCC u tal-Bord Konsultattiv;

(b) 

l-iżviluppi u l-isforzi li jkunu saru fil-livell internazzjonali biex jintlaħqu l-objettivi fit-tul tal-Ftehim ta’ Pariġi;

▼M1

(c) 

l-isfidi li qed jevolvu, u l-opportunitajiet għall-kompetittività dinjija tal-industriji Ewropej madwar l-Istati Membri, b’mod partikolari tal-industriji li jużaw ħafna enerġija u tal-SMEs;

(d) 

l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-enerġija u l-impatt tagħha fuq l-industriji u l-unitajiet domestiċi Ewropej;

(e) 

l-impatti soċjoekonomiċi, inklużi l-effetti fuq l-impjiegi;

(f) 

l-avvanzi teknoloġiċi u l-użu ta’ teknoloġiji innovattivi fl-Istati Membri u fis-setturi kollha;

(g) 

il-livell stmat ta’ assorbimenti netti fil-livell tal-Unjoni fir-rigward tal-miri stabbiliti f’dan ir-Regolament; jekk il-Kummissjoni ssib li l-livell stmat ta’ assorbimenti naturali netti għall-2040 huwa diverġenti b’mod sinifikanti minn dak li jkun meħtieġ biex tintlaħaq il-mira intermedja għall-2040, inkluż meta dik id-diverġenza sseħħ minħabba disturbi naturali, il-Kummissjoni għandha tipproponi, meta jkun xieraq, miżuri fil-livell tal-Unjoni, inkluż, jekk ikun meħtieġ, aġġustament tal-mira intermedja għall-2040 li tikkorrispondi għan-nuqqasijiet possibbli u li tkun fil-limiti tagħhom, u tiżgura li n-nuqqasijiet possibbli ma jkunux għad-detriment ta’ setturi ekonomiċi oħra;

(h) 

il-progress lejn il-miri intermedji stabbiliti f’dan ir-Regolament;

(i) 

il-flessibbiltà għall-Istati Membri biex jużaw krediti internazzjonali ta’ kwalità għolja biex jissodisfaw sa 5 % tal-miri u tal-isforzi tagħhom għal wara l-2030.

▼M1

Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jkun akkumpanjat, meta dan ikun xieraq, minn proposti leġiżlattivi biex jiġi emendat dan ir-Regolament, inkluża l-mira intermedja għall-2040, u minn miżuri addizzjonali biex isaħħu l-inizjattivi li jikkonċernaw il-qafas ta’ abilitazzjoni li jappoġġa l-implimentazzjoni effettiva kontinwa ta’ dan ir-Regolament, f’konformità mal-Artikolu 4(5), u filwaqt li jiġu żgurati l-kompetittività, il-prosperità u l-koeżjoni soċjali tal-Unjoni.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 07.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R1119
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.