+Artikolu 1 Definizzjonijiet
---+Artikolu 1 (1)
---+Artikolu 1 (2)
---+Artikolu 1 (3)
---+Artikolu 1 (4)
---+Artikolu 1 (5)
---+Artikolu 1 (6)
---+Artikolu 1 (7)
---+Artikolu 1 (8)
---+Artikolu 1 (9)
---+Artikolu 1 (10)
---+Artikolu 1 (11)
---+Artikolu 1 (12)
---+Artikolu 1 (13)
---+Artikolu 1 (14)
---+Artikolu 1 (15)
---+Artikolu 1 (16)
---+Artikolu 1 (17)
---+Artikolu 1 (18)
---+Artikolu 1 (19)
---+Artikolu 1 (20)
---+Artikolu 1 (21)
---+Artikolu 1 (22)
---+Artikolu 1 (23)
---+Artikolu 1 (24)
---+Artikolu 1 (25)
---+Artikolu 1 (26)
|
Artikolu 1 Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 (1)
|
“Stat Membru li jirrapporta” ifisser Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro; Stati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro jistgħu jiddeċiedu li jsiru Stat Membru li jirrapporta billi jinkorporaw id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament fid-dritt nazzjonali tagħhom jew altrimenti jimponu rekwiżiti ta' rapportar rilevanti skont id-dritt nazzjonali tagħhom; dan jista' jinkludi b'mod partikolari, Stati Membri li jipparteċipaw fl-MSU permezz ta' kooperazzjoni mill-qrib skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (6);
|
|
Artikolu 1 (2)
|
“residenti” għandha l-istess tifsira kif iddefinita f'Artiklu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98;
|
|
Artikolu 1 (3)
|
“istituzzjoniji ta' kreditu” għandha l-istess tifsira kif iddefinita fl-Artikolu 2.12 u 2.13 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7);
|
|
Artikolu 1 (4)
|
“fergħa barranija” tfisser unità istituzzjonali li hija legalment parti dipendenti ta' entità ġuridika residenti f'pajjiż differenti fejn l-entità ġuridika hija inkorporata skont il-kunċett ta' “fergħa waħda” li jsemmi l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98;
|
|
Artikolu 1 (5)
|
“entità ġuridika” tfisser kwalunkwe entità li skont il-liġi nazzjonali li hija suġġetta għaliha, tista' tikseb drittijiet u obbligi legali;
|
|
Artikolu 1 (6)
|
“identifikatur ta' entità ġuridika” (LEI) tfisser kodiċi ta' referenza alfanumeriku skont l-istandard ISO17442 (8) mogħti lil entità ġuridika;
|
|
Artikolu 1 (7)
|
“identifikatur nazzjonali” tfisser kodiċi ta' identifikazzjoni użat b'mod komuni li jippermetti l-identifikazzjoni mingħajr ambigwità ta' kontroparti ġewwa l-pajjiż ta' residenza tagħha;
|
|
Artikolu 1 (8)
|
“aġent li jirrapporta” tfisser jew entità ġuridika jew inkella fergħa barranija li tkun residenti fi Stat Membru li jirrapporta u li tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta' rapportar tal-BĊE skont dan ir-Regolament;
|
|
Artikolu 1 (9)
|
“aġent osservat” tfisser unità istituzzjonali li l-attività tagħha bħala krediturjew serviser hija rrapportata mill-aġent li jirrapporta. L-aġent osservat huwa jew:
|
(a)
|
l-unità istituzzjonali residenti fl-istess pajjiż bħala l-aġent li jirrapporta li tifforma parti minnha; jew
|
|
(b)
|
il-fergħa barranija ta' aġent li jirrapporta, li tkun residenti fi Stat Membru li jirrapporta; jew
|
|
(c)
|
il-fergħa barranija ta' aġent li jirrapporta, li ma tkunx residenti fi Stat Membru li jirrapporta.
|
|
|
Artikolu 1 (10)
|
“kontroparti” tfisser unità istituzzjonali li hija parti fi strument jew għandha affiljazzjoni ma' parti fi strument;
|
|
Artikolu 1 (11)
|
“kreditur” tfisser il-kontroparti li terfa' r-riskju tal-kreditu ta' strument, imma li ma tkunx fornitur ta' protezzjoni;
|
|
Artikolu 1 (12)
|
“debitur” tfisser kontroparti li għandha l-obbligu mhux kundizzjonat li tagħmel ħlasijiet lura li jiġu mill-istrument;
|
|
Artikolu 1 (13)
|
“fornitur ta' protezzjoni” tfisser il-kontroparti li tagħti l-protezzjoni kontra avveniment ta' kreditu negattiv miftiehem kuntrattwalment u li terfa' r-riskju tal-kreditu ta' avveniment ta' kreditu negattiv;
|
|
Artikolu 1 (14)
|
“serviser” tfisser il-kontroparti responsabbli mill-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja ta' strument;
|
|
Artikolu 1 (15)
|
“bank(banek) ċentrali nazzjonali” jew “BĊNi” tfisser il-banek ċentrali nazzjonali ta' Stati Membri tal-Unjoni Ewropea;
|
|
Artikolu 1 (16)
|
“BĊN rilevanti” tfisser il-BĊN tal-Istat Membru li jirrapporta fejn l-aġent li jirrapporta huwa residenti;
|
|
Artikolu 1 (17)
|
“reġistru ċentrali tal-kreditu (RĊK)” tfisser reġistru tal-kreditu mħaddem minn BĊN li jirċievi rapporti minn u jipprovdi appoġġ lil mutwanti fis-settur finanzjarju billi jipprovdilhom informazzjoni dwar il-kreditu u r-riskju ta' kreditu;
|
|
Artikolu 1 (18)
|
“istituzzjoniji ta' kreditu” għandha l-istess tifsira kif iddefinita fl-Artikolu 4(1)(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9);
|
|
Artikolu 1 (19)
|
“istituzzjoni” għandha l-istess tifsira kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Artikolu 1 (20)
|
“assi” għandha l-istess tifsira kif iddefinita fil-paragrafu 7.15 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013;
|
|
Artikolu 1 (21)
|
“riskju tal-kreditu” ifisser ir-riskju li l-kontroparti tonqos milli tagħmel kwalunkwe ħlas li hija kuntrattwalment obbligata li tagħmel;
|
|
Artikolu 1 (22)
|
“kuntratt” tfisser ftehim legalment vinkolanti bejn żewġ partijiet jew iżjed li taħtu jinħolqu strument wieħed jew multipli;
|
|
Artikolu 1 (23)
|
“strument” tfisser kull partita speċifikata fl-attribut tad-dejta “tip ta' strument”, kif iddefinit fl-Anness IV.
|
|
Artikolu 1 (24)
|
“protezzjoni” tfisser assigurazzjoni jew skopertura kontra avveniment ta' kreditu negattiv, permezz ta' kwalunkwe element elenkat fl-attribut ta' dejta “tip ta' protezzjoni” kif iddefinit fl-Anness IV;
|
|
Artikolu 1 (25)
|
“ammont tal-impenn” ifisser is-somma tal-attributi tad-dejta “ammont nominali pendenti” u “ammont li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ” kif iddefinit fl-Anness IV;
|
|
Artikolu 1 (26)
|
“fuq bażi individwali” tfisser breferenza għal unità istituzzjonali unika, inklużi unitajiet istituzzjonali li huma parti minn entità ġuridika.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.06.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R0867
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|