+Artikolu 13 Informazzjoni li għandha tkun disponibbli għal jew mogħtija lis-suġġett tad-data
---+Article 13 1.
---+Article 13 2.
---+Article 13 3.
---+Article 13 4.

Artikolu 13 Informazzjoni li għandha tkun disponibbli għal jew mogħtija lis-suġġett tad-data

Artikolu 13

Informazzjoni li għandha tkun disponibbli għal jew mogħtija lis-suġġett tad-data

1.  L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-kontrollur jagħmel tal-inqas l-informazzjoni li ġejja disponibbli għas-suġġett tad-data:

(a) l-identità u d-dettalji ta' kuntatt tal-kontrollur;

(b) id-dettalji ta' kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data, fejn applikabbli;

(c) il-finijiet tal-ipproċessar li għalih id-data personali tkun maħsuba;

(d) id-dritt li jitressaq ilment quddiem awtorità superviżorja u d-dettalji ta' kuntatt tal-awtorità superviżorja;

(e) l-eżistenza tad-dritt li jintalbu mingħand il-kontrollur l-aċċess għal u r-rettifika jew it-tħassir ta' data personali u r-restrizzjoni tal-ipproċessar ta' data personali, dwar is-suġġett tad-data.

2.  Minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jipprevedu bil-liġi li l-kontrollur jagħti lis-suġġett tad-data, f'każijiet speċifiċi, l-informazzjoni ulterjuri li ġejja biex ikun jista' jeżerċita d-drittijiet tiegħu:

(a) il-bażi legali għall-ipproċessar;

(b) il-perijodu li għalih ser tinħażen id-data personali, jew, fejn ma jkunx possibbli, il-kriterji użati biex jiġi determinat dak il-perijodu;

(c) fejn applikabbli, il-kategoriji tar-riċevituri tad-data personali, inkluż f'pajjiż terz jew organizzazzjonijiet internazzjonali;

(d) fejn meħtieġ, informazzjoni ulterjuri, b'mod partikolari fejn id-data personali tinġabar mingħajr ma jkun jaf is-suġġett tad-data.

3.  L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri leġiżlattivi li jittardjaw, jirrestrinġu jew iħallu barra l-għoti tal-informazzjoni lis-suġġett tad-data skont il-paragrafu 2 safejn, u sakemm tali miżura ma tikkostitwixxix miżura meħtieġa u proporzjonata f'soċjetà demokratika b'kont debitu tad-drittijiet fundamentali u l-interessi leġittimi tal-persuna fiżika kkonċernata, sabiex:

(a) ikun evitat li jiġu mfixkla inkjesti, investigazzjonijiet jew proċeduri uffiċjali jew legali;

(b) ikun evitat preġudizzju għall-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali;

(c) tiġi protetta s-sigurtà pubblika;

(d) tiġi protetta s-sigurtà nazzjonali;

(e) jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet ta' oħrajn.

4.  L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri leġiżlattivi sabiex jistabbilixxu kategoriji ta' pproċessar li jistgħu jaqgħu kompletament jew parzjalment taħt kwalunque mill-punti elenkati fil-paragrafu 3.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 13 1.

Member States shall provide for the controller to make available to the data subject at least the following information:

(a) 

the identity and the contact details of the controller;

(b) 

the contact details of the data protection officer, where applicable;

(c) 

the purposes of the processing for which the personal data are intended;

(d) 

the right to lodge a complaint with a supervisory authority and the contact details of the supervisory authority;

(e) 

the existence of the right to request from the controller access to and rectification or erasure of personal data and restriction of processing of the personal data concerning the data subject.

Article 13 2.

In addition to the information referred to in paragraph 1, Member States shall provide by law for the controller to give to the data subject, in specific cases, the following further information to enable the exercise of his or her rights:

(a) 

the legal basis for the processing;

(b) 

the period for which the personal data will be stored, or, where that is not possible, the criteria used to determine that period;

(c) 

where applicable, the categories of recipients of the personal data, including in third countries or international organisations;

(d) 

where necessary, further information, in particular where the personal data are collected without the knowledge of the data subject.

Article 13 3.

Member States may adopt legislative measures delaying, restricting or omitting the provision of the information to the data subject pursuant to paragraph 2 to the extent that, and for as long as, such a measure constitutes a necessary and proportionate measure in a democratic society with due regard for the fundamental rights and the legitimate interests of the natural person concerned, in order to:

(a) 

avoid obstructing official or legal inquiries, investigations or procedures;

(b) 

avoid prejudicing the prevention, detection, investigation or prosecution of criminal offences or the execution of criminal penalties;

(c) 

protect public security;

(d) 

protect national security;

(e) 

protect the rights and freedoms of others.

Article 13 4.
Member States may adopt legislative measures in order to determine categories of processing which may wholly or partly fall under any of the points listed in paragraph 3.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.05.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L0680
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.