+KAPITOLU III Drittijiet tas-suġġett tad-data
---+Artikolu 12 Komunikazzjoni u modalitajiet għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-data
------+Article 12 1.
------+Article 12 2.
------+Article 12 3.
------+Article 12 4.
------+Article 12 5.
---+Artikolu 13 Informazzjoni li għandha tkun disponibbli għal jew mogħtija lis-suġġett tad-data
------+Article 13 1.
------+Article 13 2.
------+Article 13 3.
------+Article 13 4.
---+Artikolu 14 Dritt ta' aċċess mis-suġġett tad-data
---+Artikolu 15 Restrizzjonijiet fuq id-dritt ta' aċċess
------+Article 15 1.
------+Article 15 2.
------+Article 15 3.
------+Article 15 4.
---+Artikolu 16 Dritt ta' rettifika jew tħassir ta'datapersonali u restrizzjoni fuq l-ipproċessar
------+Article 16 1.
------+Article 16 2.
------+Article 16 3.
------+Article 16 4.
------+Article 16 5.
------+Article 16 6.
---+Artikolu 17 Eżerċizzju tad-drittijiet mis-suġġett tad-datau verifika mill-awtorità superviżorja
------+Article 17 1.
------+Article 17 2.
------+Article 17 3.
---+Artikolu 18 Drittijiet tas-suġġett tad-dataf'investigazzjonijiet u proċedimenti kriminali
|
KAPITOLU III Drittijiet tas-suġġett tad-data
KAPITOLU III Drittijiet tas-suġġett tad-data
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 Komunikazzjoni u modalitajiet għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-data
|
Artikolu 12 Komunikazzjoni u modalitajiet għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-data
1. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-kontrollur jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jipprovdi kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13 u jagħmlu kwalunkwe komunikazzjoni fir-rigward tal-Artikoli 11, 14 sa 18 u 31 relatata mal-ipproċessar lis-suġġett tad-data f'forma konċiża, intelliġibbli u faċilment aċċessibbli, bl-użu ta' lingwaġġ ċar u sempliċi. L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta b'kull mezz xieraq, inkluż b'mod elettroniku. Bħala regola ġenerali, il-kontrollur għandu jipprovdi l-informazzjoni fl-istess forma tat-talba. 2. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-kontrollur jiffaċilita l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-data skont l-Artikoli 11 u 14 sa 18. 3. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-kontrollur jinforma lis-suġġett tad-data bil-miktub dwar is-segwitu tat-talba tiegħu jew tagħha mingħajr dewmien bla bżonn. 4. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-informazzjoni pprovduta taħt l-Artikolu 13 u kwalunkwe komunikazzjoni magħmula u azzjoni meħuda taħt l-Artikoli 11, 14 sa 18 u 31 jiġu pprovduti mingħajr ħlas. F'każ li r-rikjesti minn suġġett ta' data jkunu manifestament bla bażi jew eċċessivi, b'mod partikolari minħabba n-natura ripetittiva tagħhom, il-kontrollur jista' jew:
(a) jimponi ħlas raġonevoli b'kont meħud tal-ispejjeż amministrattivi biex tingħata l-informazzjoni jew il-komunikazzjoni jew tat-teħid tal-azzjoni mitluba; jew
(b) jirrifjuta li jaġixxi fuq it-talba.
Il-kontrollur għandu jerfa' r-responsabbiltà li juri n-natura manifestament mingħajr bażi jew eċċessiva tat-talba. 5. Meta l-kontrollur ikollu dubji raġonevoli dwar l-identità tal-persuna fiżika li tkun qed tagħmel it-talba msemmija fl-Artikoli 14 jew 16, il-kontrollur jista' jitlob li tiġi pprovduta informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex tiġi kkonfermata l-identità tas-suġġett tad-data.
|
|
Artikolu 13 Informazzjoni li għandha tkun disponibbli għal jew mogħtija lis-suġġett tad-data
|
Artikolu 13 Informazzjoni li għandha tkun disponibbli għal jew mogħtija lis-suġġett tad-data
1. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-kontrollur jagħmel tal-inqas l-informazzjoni li ġejja disponibbli għas-suġġett tad-data:
(a) l-identità u d-dettalji ta' kuntatt tal-kontrollur;
(b) id-dettalji ta' kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data, fejn applikabbli;
(c) il-finijiet tal-ipproċessar li għalih id-data personali tkun maħsuba;
(d) id-dritt li jitressaq ilment quddiem awtorità superviżorja u d-dettalji ta' kuntatt tal-awtorità superviżorja;
(e) l-eżistenza tad-dritt li jintalbu mingħand il-kontrollur l-aċċess għal u r-rettifika jew it-tħassir ta' data personali u r-restrizzjoni tal-ipproċessar ta' data personali, dwar is-suġġett tad-data.
2. Minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jipprevedu bil-liġi li l-kontrollur jagħti lis-suġġett tad-data, f'każijiet speċifiċi, l-informazzjoni ulterjuri li ġejja biex ikun jista' jeżerċita d-drittijiet tiegħu:
(a) il-bażi legali għall-ipproċessar;
(b) il-perijodu li għalih ser tinħażen id-data personali, jew, fejn ma jkunx possibbli, il-kriterji użati biex jiġi determinat dak il-perijodu;
(c) fejn applikabbli, il-kategoriji tar-riċevituri tad-data personali, inkluż f'pajjiż terz jew organizzazzjonijiet internazzjonali;
(d) fejn meħtieġ, informazzjoni ulterjuri, b'mod partikolari fejn id-data personali tinġabar mingħajr ma jkun jaf is-suġġett tad-data.
3. L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri leġiżlattivi li jittardjaw, jirrestrinġu jew iħallu barra l-għoti tal-informazzjoni lis-suġġett tad-data skont il-paragrafu 2 safejn, u sakemm tali miżura ma tikkostitwixxix miżura meħtieġa u proporzjonata f'soċjetà demokratika b'kont debitu tad-drittijiet fundamentali u l-interessi leġittimi tal-persuna fiżika kkonċernata, sabiex:
(a) ikun evitat li jiġu mfixkla inkjesti, investigazzjonijiet jew proċeduri uffiċjali jew legali;
(b) ikun evitat preġudizzju għall-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali;
(c) tiġi protetta s-sigurtà pubblika;
(d) tiġi protetta s-sigurtà nazzjonali;
(e) jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet ta' oħrajn.
4. L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri leġiżlattivi sabiex jistabbilixxu kategoriji ta' pproċessar li jistgħu jaqgħu kompletament jew parzjalment taħt kwalunque mill-punti elenkati fil-paragrafu 3.
|
|
Artikolu 14 Dritt ta' aċċess mis-suġġett tad-data
|
Artikolu 14 Dritt ta' aċċess mis-suġġett tad-data
Soġġett għall-Artikolu 15, l-Istati Membri għandhom jipprevedu d-dritt tas-suġġett tad-data li jikseb mingħand il-kontrollur konferma dwar jekk id-data personali li tikkonċerna lilu hijiex qiegħda tiġi pproċessata, u, fejn dak hu l-każ, aċċess għal tali data personali u għall-informazzjoni li ġejja:
(a) il-finijiet u l-bażi legali għall-ipproċessar;
(b) il-kategoriji ta' data personali kkonċernata;
(c) ir-riċevituri jew il-kategoriji ta' riċevituri li lilhom tkun ġiet żvelata d-data personali, b'mod partikolari riċevituri f'pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali;
(d) fejn possibbli, il-perijodu previst li għalih tkun ser tinħażen id-data personali, jew jekk dan ma jkunx possibbli, il-kriterji li jintużaw biex jiġi determinat dak il-perijodu;
(e) l-eżistenza tad-dritt li jintalbu mingħand il-kontrollur ir-rettifika jew it-tħassir ta' data personali jew ir-restrizzjoni tal-ipproċessar ta' data personali dwar is-suġġett tad-data;
(f) id-dritt li jitressaq ilment quddiem l-awtorità superviżorja u d-dettalji ta' kuntatt tal-awtorità superviżorja;
(g) komunikazzjoni tad-data personali li tkun qed tiġi pproċessata u ta' kull informazzjoni disponibbli dwar l-oriġini tagħha.
|
|
Artikolu 15 Restrizzjonijiet fuq id-dritt ta' aċċess
|
Artikolu 15 Restrizzjonijiet fuq id-dritt ta' aċċess 1. L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri leġiżlattivi li jirrestrinġu, b'mod sħiħ jew parzjali, id-dritt ta' aċċess tas-suġġett tad-data sa fejn, u sakemm tali restrizzjoni sħiħa jew parzjali tikkostitwixxi miżura meħtieġa u proporzjonata f'soċjetà demokratika, b'kont debitu tad-drittijiet fundamentali u tal-interessi leġittimi tal-persuna fiżika kkonċernata, sabiex:
(a) ikun evitat li jiġu mfixkla inkjesti, investigazzjonijiet jew proċeduri uffiċjali jew legali;
(b) ikun evitat preġudizzju għall-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali;
(c) tiġi protetta s-sigurtà pubblika;
(d) tiġi protetta s-sigurtà nazzjonali;
(e) jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet ta' oħrajn.
2. L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri leġiżlattivi sabiex jistabbilixxu kategoriji ta' pproċessar li jistgħu jaqgħu kompletament jew parzjalment taħt il-punti (a) sa (e) tal-paragrafu 1. 3. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-kontrollur jinforma lis-suġġett tad-data, mingħajr dewmien żejjed, bil-miktub dwar kwalunkwe rifjut jew restrizzjoni ta' aċċess, u r-raġunijiet għar-rifjut jew għar-restrizzjoni. Tali informazzjoni tista' titħalla barra meta l-għoti tagħha jimmina fini stipulat fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-kontrollur jinforma lis-suġġett tad-data dwar il-possibbiltà li jressaq ilment quddiem awtorità superviżorja jew li jitlob rimedju ġudizzjarju. 4. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jiddokumenta r-raġunijiet fattwali jew legali li fuqhom tkun ibbażata d-deċiżjoni. Dik l-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-awtoritajiet superviżorji.
|
|
Artikolu 16 Dritt ta' rettifika jew tħassir ta'datapersonali u restrizzjoni fuq l-ipproċessar
|
Artikolu 16 Dritt ta' rettifika jew tħassir ta' data personali u restrizzjoni fuq l-ipproċessar 1. L-Istati Membri għandhom jipprevedu d-dritt tas-suġġett tad-data li jikseb mingħand il-kontrollur mingħajr dewmien bla bżonn ir-rettifika ta' data personali dwaru li ma tkunx eżatta. Filwaqt li jikkunsidraw il-fini tal-ipproċessar, l-Istati Membri għandhom jipprevedu li s-suġġett tad-data jkollu d-dritt li jikseb l-ikkompletar tad-data personali mhux kompluta, inkluż permezz tal-għoti ta' dikjarazzjoni supplimentari. 2. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-kontrollur li jħassar data personali mingħajr dewmien bla bżonn u jipprovdu għad-dritt tas-suġġett tad-data li jikseb mingħand il-kontrollur it-tħassir ta' data personali dwaru mingħajr dewmien bla bżonn meta l-ipproċessar jikser id-dispożizzjonijiet adottati skont l-Artikolu 4, 8 jew 10, jew meta d-data personali jkollha titħassar f'konformità ma' obbligu legali li għalih il-kontrollur huwa soġġett. 3. Minflok it-tħassir, il-kontrollur għandu jillimita l-ippproċessar meta:
(a) l-eżattezza tad-data personali tiġi kkontestata mis-suġġett tad-data u l-eżattezza jew l-ineżattezza ma tistax tkun aċċertata; jew
(b) id-data personali tkun trid tinżamm għal finijiet ta' evidenza.
Meta l-ipproċessar jkun ristrett skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-data qabel ineħħi r-restrizzjoni tal-ipproċessar. 4. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-kontrollur jinforma lis-suġġett tad-data bil-miktub dwar kwalunkwe rifjut ta' rettifika jew tħassir ta' data personali jew restrizzjoni tal-ipproċessar, u r-raġunijiet għar-rifjut. L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri leġiżlattivi li jirrestrinġu, b'mod sħiħ jew parzjali, l-obbligu li tingħata tali informazzjoni sa fejn tali restrizzjoni tikkostitwixxi miżura meħtieġa u proporzjonata f'soċjetà demokratika, b'kont debitu għad-drittijiet fundamentali u tal-interessi leġittimi tal-persuna fiżika kkonċernata sabiex:
(a) ikun evitat li jiġu mfixkla inkjesti, investigazzjonijiet jew proċeduri uffiċjali jew legali;
(b) ikun evitat preġudizzju għall-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali;
(c) tiġi protetta s-sigurtà pubblika;
(d) tiġi protetta s-sigurtà nazzjonali;
(e) jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet ta' oħrajn.
L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-kontrollur jinforma lis-suġġett tad-data dwar il-possibbiltà li jressaq ilment quddiem awtorità superviżorja jew li jitlob rimedju ġudizzjarju. 5. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-kontrollur jikkomunika r-rettifika ta' data personali ineżatta lill-awtorità kompetenti li mingħandha tkun oriġinat id-data personali ineżatta. 6. L-Istati Membri għandhom, meta d-data personali tkun ġiet rettifkata jew imħassra jew l-ipproċessar ġie ristrett skont il-paragrafi 1, 2 u 3, jipprevedu li l-kontrollur jinnotifika lir-riċevituri u li r-riċevituri għandhom jirrettifikaw jew iħassru d-data personali jew jirrestrinġu l-ipproċessar tad-data personali taħt ir-responsabbiltà tagħhom.
|
|
Artikolu 17 Eżerċizzju tad-drittijiet mis-suġġett tad-datau verifika mill-awtorità superviżorja
|
Artikolu 17 Eżerċizzju tad-drittijiet mis-suġġett tad-data u verifika mill-awtorità superviżorja 1. Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 13(3), l-Artikolu 15(3) u l-Artikolu 16(4) l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri li jipprevedu li d-drittijiet tas-suġġett tad-data jistgħu jiġu eżerċitati wkoll permezz tal-awtorità superviżorja kompetenti. 2. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-kontrollur jinforma lis-suġġett tad-data dwar il-possibbiltà li jeżerċita d-drittijiet tiegħu permezz tal-awtorità superviżorja skont il-paragrafu 1. 3. Meta jiġi eżerċitat id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità superviżorja għandha tinforma lis-suġġett tad-data tal-inqas li jkunu saru l-verifiki kollha meħtieġa jew rieżami mill-awtorità superviżorja. L-awtorità superviżorja għandha tinforma wkoll lis-suġġett tad-data dwar id-dritt tiegħu li jfittex rimedju ġudizzjarju.
|
|
Artikolu 18 Drittijiet tas-suġġett tad-dataf'investigazzjonijiet u proċedimenti kriminali
|
Artikolu 18 Drittijiet tas-suġġett tad-data f'investigazzjonijiet u proċedimenti kriminali L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-eżerċizzju tad-drittijiet imsemmi fl-Artikoli 13, 14 u 16 jitwettaq skont il-liġi tal-Istat Membju fejn id-data personali tkun miżmuma f'deċiżjoni jew reġistru ġudizzjarju jew fil-fajl tal-każ ipproċessat matul l-investigazzjonijiet u l-proċedimenti kriminali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.05.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L0680
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|