|
+Artikolu 14 Dritt ta' aċċess mis-suġġett tad-data |
Artikolu 14 Dritt ta' aċċess mis-suġġett tad-dataArtikolu 14 Dritt ta' aċċess mis-suġġett tad-data Soġġett għall-Artikolu 15, l-Istati Membri għandhom jipprevedu d-dritt tas-suġġett tad-data li jikseb mingħand il-kontrollur konferma dwar jekk id-data personali li tikkonċerna lilu hijiex qiegħda tiġi pproċessata, u, fejn dak hu l-każ, aċċess għal tali data personali u għall-informazzjoni li ġejja: (a) il-finijiet u l-bażi legali għall-ipproċessar; (b) il-kategoriji ta' data personali kkonċernata; (c) ir-riċevituri jew il-kategoriji ta' riċevituri li lilhom tkun ġiet żvelata d-data personali, b'mod partikolari riċevituri f'pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali; (d) fejn possibbli, il-perijodu previst li għalih tkun ser tinħażen id-data personali, jew jekk dan ma jkunx possibbli, il-kriterji li jintużaw biex jiġi determinat dak il-perijodu; (e) l-eżistenza tad-dritt li jintalbu mingħand il-kontrollur ir-rettifika jew it-tħassir ta' data personali jew ir-restrizzjoni tal-ipproċessar ta' data personali dwar is-suġġett tad-data; (f) id-dritt li jitressaq ilment quddiem l-awtorità superviżorja u d-dettalji ta' kuntatt tal-awtorità superviżorja; (g) komunikazzjoni tad-data personali li tkun qed tiġi pproċessata u ta' kull informazzjoni disponibbli dwar l-oriġini tagħha. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|