+Artikolu 16 Dritt ta' rettifika jew tħassir ta'datapersonali u restrizzjoni fuq l-ipproċessar
---+Article 16 1.
---+Article 16 2.
---+Article 16 3.
---+Article 16 4.
---+Article 16 5.
---+Article 16 6.

Artikolu 16 Dritt ta' rettifika jew tħassir ta'datapersonali u restrizzjoni fuq l-ipproċessar

Artikolu 16

Dritt ta' rettifika jew tħassir ta' data personali u restrizzjoni fuq l-ipproċessar

1.  L-Istati Membri għandhom jipprevedu d-dritt tas-suġġett tad-data li jikseb mingħand il-kontrollur mingħajr dewmien bla bżonn ir-rettifika ta' data personali dwaru li ma tkunx eżatta. Filwaqt li jikkunsidraw il-fini tal-ipproċessar, l-Istati Membri għandhom jipprevedu li s-suġġett tad-data jkollu d-dritt li jikseb l-ikkompletar tad-data personali mhux kompluta, inkluż permezz tal-għoti ta' dikjarazzjoni supplimentari.

2.  L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-kontrollur li jħassar data personali mingħajr dewmien bla bżonn u jipprovdu għad-dritt tas-suġġett tad-data li jikseb mingħand il-kontrollur it-tħassir ta' data personali dwaru mingħajr dewmien bla bżonn meta l-ipproċessar jikser id-dispożizzjonijiet adottati skont l-Artikolu 4, 8 jew 10, jew meta d-data personali jkollha titħassar f'konformità ma' obbligu legali li għalih il-kontrollur huwa soġġett.

3.  Minflok it-tħassir, il-kontrollur għandu jillimita l-ippproċessar meta:

(a) l-eżattezza tad-data personali tiġi kkontestata mis-suġġett tad-data u l-eżattezza jew l-ineżattezza ma tistax tkun aċċertata; jew

(b) id-data personali tkun trid tinżamm għal finijiet ta' evidenza.

Meta l-ipproċessar jkun ristrett skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-data qabel ineħħi r-restrizzjoni tal-ipproċessar.

4.  L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-kontrollur jinforma lis-suġġett tad-data bil-miktub dwar kwalunkwe rifjut ta' rettifika jew tħassir ta' data personali jew restrizzjoni tal-ipproċessar, u r-raġunijiet għar-rifjut. L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri leġiżlattivi li jirrestrinġu, b'mod sħiħ jew parzjali, l-obbligu li tingħata tali informazzjoni sa fejn tali restrizzjoni tikkostitwixxi miżura meħtieġa u proporzjonata f'soċjetà demokratika, b'kont debitu għad-drittijiet fundamentali u tal-interessi leġittimi tal-persuna fiżika kkonċernata sabiex:

(a) ikun evitat li jiġu mfixkla inkjesti, investigazzjonijiet jew proċeduri uffiċjali jew legali;

(b) ikun evitat preġudizzju għall-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali;

(c) tiġi protetta s-sigurtà pubblika;

(d) tiġi protetta s-sigurtà nazzjonali;

(e) jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet ta' oħrajn.

L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-kontrollur jinforma lis-suġġett tad-data dwar il-possibbiltà li jressaq ilment quddiem awtorità superviżorja jew li jitlob rimedju ġudizzjarju.

5.  L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-kontrollur jikkomunika r-rettifika ta' data personali ineżatta lill-awtorità kompetenti li mingħandha tkun oriġinat id-data personali ineżatta.

6.  L-Istati Membri għandhom, meta d-data personali tkun ġiet rettifkata jew imħassra jew l-ipproċessar ġie ristrett skont il-paragrafi 1, 2 u 3, jipprevedu li l-kontrollur jinnotifika lir-riċevituri u li r-riċevituri għandhom jirrettifikaw jew iħassru d-data personali jew jirrestrinġu l-ipproċessar tad-data personali taħt ir-responsabbiltà tagħhom.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 16 1.
Member States shall provide for the right of the data subject to obtain from the controller without undue delay the rectification of inaccurate personal data relating to him or her. Taking into account the purposes of the processing, Member States shall provide for the data subject to have the right to have incomplete personal data completed, including by means of providing a supplementary statement.
Article 16 2.
Member States shall require the controller to erase personal data without undue delay and provide for the right of the data subject to obtain from the controller the erasure of personal data concerning him or her without undue delay where processing infringes the provisions adopted pursuant to Article 4, 8 or 10, or where personal data must be erased in order to comply with a legal obligation to which the controller is subject.
Article 16 3.

Instead of erasure, the controller shall restrict processing where:

(a) 

the accuracy of the personal data is contested by the data subject and their accuracy or inaccuracy cannot be ascertained; or

(b) 

the personal data must be maintained for the purposes of evidence.

Where processing is restricted pursuant to point (a) of the first subparagraph, the controller shall inform the data subject before lifting the restriction of processing.

Article 16 4.

Member States shall provide for the controller to inform the data subject in writing of any refusal of rectification or erasure of personal data or restriction of processing and of the reasons for the refusal. Member States may adopt legislative measures restricting, wholly or partly, the obligation to provide such information to the extent that such a restriction constitutes a necessary and proportionate measure in a democratic society with due regard for the fundamental rights and legitimate interests of the natural person concerned in order to:

(a) 

avoid obstructing official or legal inquiries, investigations or procedures;

(b) 

avoid prejudicing the prevention, detection, investigation or prosecution of criminal offences or the execution of criminal penalties;

(c) 

protect public security;

(d) 

protect national security;

(e) 

protect the rights and freedoms of others.

Member States shall provide for the controller to inform the data subject of the possibility of lodging a complaint with a supervisory authority or seeking a judicial remedy.

Article 16 5.
Member States shall provide for the controller to communicate the rectification of inaccurate personal data to the competent authority from which the inaccurate personal data originate.
Article 16 6.
Member States shall, where personal data has been rectified or erased or processing has been restricted pursuant to paragraphs 1, 2 and 3, provide for the controller to notify the recipients and that the recipients shall rectify or erase the personal data or restrict processing of the personal data under their responsibility.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.05.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L0680
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.