|
+Artikolu 28 Konsultazzjoni minn qabel mal-awtorità superviżorja ---+Article 28 1. ---+Article 28 2. ---+Article 28 3. ---+Article 28 4. ---+Article 28 5. |
Artikolu 28 Konsultazzjoni minn qabel mal-awtorità superviżorjaArtikolu 28 Konsultazzjoni minn qabel mal-awtorità superviżorja 1. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-kontrollur jew il-proċessur jikkonsulta lill-awtorità superviżorja qabel l-ipproċessar ta' data personali li tkun ser tifforma parti minn sistema ġdida ta' arkivjar li tkun ser tinħoloq, fejn: (a) valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data kif previst fl-Artikolu 27 tindika li l-ipproċessar jirriżulta f'riskju għoli fin-nuqqas ta' miżuri meħuda mill-kontrollur biex jittaffa r-riskju; jew (b) it-tip ta' pproċessar, b'mod partikolari, meta jkunu qed jintużaw teknoloġiji, mekkaniżmi jew proċeduri ġodda, jinvolvi riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data. 2. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-awtorità superviżorja tiġi ikkonsultata matul it-tħejjija ta' proposta għal miżura leġiżlattiva li għandha tiġi adottata minn Parlament nazzjonali jew ta' miżura regolatorja bbażata fuq tali miżura leġiżlattiva, li hija relatata ma' pproċessar. 3. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-awtorità superviżorja tista' tistabbilixxi lista tal-operazzjonijiet ta' pproċessar li huma soġġetti għal konsultazzjoni minn qabel skont il-paragrafu 1. 4. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-kontrollur għandu jipprovdi lill-awtorità superviżorja b'valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data skont l-Artikolu 27 u, fuq talba, kwalunkwe informazzjoni oħra li tippermetti lill-awtorità superviżorja tivvaluta l-konformità tal-ipproċessar u b'mod partikolari r-riskji għall-protezzjoni tad-data personali tas-suġġett tad-data u tas-salvagwardji relatati. 5. L-Istati Membri għandhom, meta l-awtorità superviżorja tkun tal-opinjoni li l-ipproċessar previst imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jikser id-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, b'mod partikolari meta l-kontrollur ma jkunx identifika jew naqqas ir-riskju biżżejjed, jipprevedu li l-awtorità superviżorja tipprovdi, fi żmien sitt ġimgħat minn meta tirċievi t-talba għall-konsultazzjoni, parir bil-miktub lill-kontrollur u, fejn applikabbli, lill-proċessur, u tista' tuża kwalunkwe waħda mis-setgħat tagħha msemmija fl-Artikolu 47. Dak il-perijodu jista' jiġi estiż b' xahar, b'kont meħud tal-kumplessità tal-ipproċessar intenzjonat. L-awtorità superviżorja għandha tinforma lill-kontrollur u, fejn applikabbli, il-proċessur b'tali estenzjoni fi żmien xahar minn meta jirċievi t-talba għall-konsultazzjoni, flimkien mar-raġunijiet għad-dewmien. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|