|
+Artikolu 35 Prinċipji ġenerali għat-trasferimenti tad-datapersonali ---+Article 35 1. ---+Article 35 2. ---+Article 35 3. |
Artikolu 35 Prinċipji ġenerali għat-trasferimenti tad-datapersonaliArtikolu 35 Prinċipji ġenerali għat-trasferimenti tad-data personali 1. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li kull trasferiment minn awtoritajiet kompetenti ta' data personali li tkun qed tiġi pproċessata jew li tkun maħsuba biex tiġi pproċessata wara t-trasferiment lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali, inkluż għal trasferimenti ulterjuri lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali jseħħ, soġġett għal konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont dispożizzjonijiet oħra ta' din id-Direttiva, dment li jkunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati f'dan il-Kapitolu, jiġifieri: (a) it-trasferiment huwa neċessarju għall-finijiet stipulati fl-Artikolu 1(1); (b) id-data personali hija ttrasferita lil kontrollur f'pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali li jkun awtorità kompetenti għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1); (c) f'każ li d-data personali tiġi trażmessa jew issir disponibbli minn Stat Membru ieħor, dak l-Istat Membru ikun ta l-awtorizzazzjoni tiegħu minn qabel għat-trasferiment f'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu; (d) il-Kummissjoni adottat deċiżjoni ta' adegwatezza skont l-Artikolu 36, jew fin-nuqqas ta' tali deċiżjoni ġew previsti jew diġà jeżistu salvagwardji xierqa skont l-Artikolu 37, jew, fin-nuqqas ta' deċiżjoni ta' adegwatezza skont l-Artikolu 36 u ta' salvagwardji xierqa f'konformità mal-Artikolu 37, japplikaw derogi għal sitwazzjonijiet speċifiċi skont l-Artikolu 38; u (e) fil-każ ta' trasferiment ulterjuri lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali oħra, l-awtorità kompetenti li tkun wettqet it-trasferiment oriġinali jew awtorità kompetenti oħra tal-istess Stat Membru tawtorizza t-trasferiment ulterjuri, wara li jittieħed kont debitu tal-fatturi rilevanti kollha, inkluża s-serjetà tar-reat kriminali, il-fini li għalih id-data personali kienet oriġinarjament trasferita u l-livell ta' protezzjoni tad-data personali fil-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali li lilha tiġi trasferita ulterjorment id-data personali. 2. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li t-trasferimenti mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel minn Stat Membru ieħor f'konformità mal-punt (c) tal-paragrafu 1 ikun permess biss jekk it-trasferiment tad-data personali ikun meħtieġ għall-prevenzjoni ta' theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika ta' Stat Membru jew pajjiż terz jew għall-interessi essenzjali ta' Stat Membru u l-awtorizzazzjoni minn qabel ma tkunx tista' tinkiseb fi żmien debitu. L-awtorità responsabbli għall-għoti ta' awtorizzazzjoni minn qabel għandha tkun infurmata mingħajr dewmien. 3. Id-dispożizzjonijiet kollha f'dan il-Kapitolu għandhom jiġu applikati sabiex jiġi żgurat li l-livell ta' protezzjoni tal-persuni fiżiċi żgurat permezz ta' din id-Direttiva ma jiddgħajjifx. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|