|
+Artikolu 37 Trasferimenti soġġetti għal salvagwardji xierqa ---+Article 37 1. ---+Article 37 2. ---+Article 37 3. |
Artikolu 37 Trasferimenti soġġetti għal salvagwardji xierqaArtikolu 37 Trasferimenti soġġetti għal salvagwardji xierqa 1. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni skont l-Artikolu 36(3), l-Istati Membri għandhom jipprevedu li trasferiment ta' data personali lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali jista' jsir fejn: (a) salvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali huma previsti fi strument legalment vinkolanti; jew (b) il-kontrollur ikun ivvaluta ċ-ċirkostanzi kollha li jkollhom x'jaqsmu mat-trasferiment tad-data personali u jikkonkludi li jeżistu salvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali. 2. Il-kontrollur għandu jinforma lill-awtorità superviżorja dwar kategoriji ta' trasferimenti taħt il-punt (b) tal-paragrafu 1. 3. Meta trasferiment ikun ibbażat fuq punt (b) tal-paragrafu 1, tali trasferiment għandu jkun dokumentat u d-dokumentazzjoni għandha ssir disponibbli għall-awtorità superviżorja meta titlobha, inklużi d-data u l-ħin tat-trasferiment, l-informazzjoni dwar l-awtorità kompetenti li tirċeviha, il-ġustifikazzjoni għat-trasferiment u d-data personali trasferita. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|