|
+Artikolu 39 Trasferimenti tad-datapersonali lil riċevituri stabbiliti f'pajjiżi terzi ---+Article 39 1. ---+Article 39 2. ---+Article 39 3. ---+Article 39 4. |
Artikolu 39 Trasferimenti tad-datapersonali lil riċevituri stabbiliti f'pajjiżi terziArtikolu 39 Trasferimenti tad-data personali lil riċevituri stabbiliti f'pajjiżi terzi 1. Permezz ta' deroga mill-punt (b) fl-Artikolu 35(1) u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ftehim internazzjonali msemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru tista' tipprevedi li l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-punt (7)(a) tal-Artikolu 3, f'każijiet individwali u speċifiċi, jittrasferixxu d-data personali direttament lir-riċevituri stabbiliti f'pajjiżi terzi biss jekk ikun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' din id-Direttiva u jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin: (a) it-trasferiment ikun strettament meħtieġ għat-twettiq ta' kompitu tal-awtorità kompetenti li tittrasferixxi kif previst mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru għall-finijiet stipulati fl-Artikolu 1(1); (b) l-awtorità kompetenti li tittrasferixxi tiddetermina li l-ebda dritt u libertà fundamentali tas-suġġett tad-data kkonċernat ma jieħdu preċedenza fuq l-interess pubbliku li jkun jeħtieġ it-trasferiment fil-każ partikolari; (c) l-awtorità kompetenti li tittrasferixxi tqis li t-trasferiment lil awtorità li hija kompetenti għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) f'pajjiż terz huwa ineffikaċi jew mhux xieraq, b'mod partikolari minħabba li t-trasferiment ma jistax isir fi żmien xieraq; (d) l-awtorità li hija kompetenti għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) fil-pajjiż terz hija informata mingħajr dewmien bla bżonn, sakemm dan ma jkunx ineffettiv jew mhux xieraq; (e) l-awtorità kompetenti li tittrasferixxi tinforma lir-riċevitur dwar il-fini jew finijiet speċifikati li għalihom id-data personali għandha biss tiġi pproċessata minn dan tal-aħħar dment li dan l-ipproċessar huwa neċessarju. 2. Ftehim internazzjonali msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun kwalunkwe ftehim bilaterali jew multilaterali internazzjonali fis-seħħ bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u l-kooperazzjoni tal-pulizija. 3. L-awtorità kompetenti li tittrasferixxi għandha tinforma lill-awtorità superviżorja dwar it-trasferimenti skont dan l-Artikolu. 4. Meta trasferiment ikun ibbażat fuq il-paragrafu 1, tali trasferiment għandu jkun dokumentat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|